Taħt il-Qoxra: Prof. Carmen Sammut

F’dan l-episodju mis-sensiela Xi Qrajt dan l-Aħħar, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Carmen Sammut dwar il-kitbiet tagħha li jikkonċernaw il-mara u l-vot. Isma’ din l-intervista minn hawnhekk, u fost l-oħrajn tkun taf kif taħsibha Prof. Sammut dwar il-proposta tal-kwoti għan-nisa fil-Parlament Malti, il-femminiżmu f’Agatha Barbara u Mabel Strickland, l-istorja tal-vot lill-mara...

Kompli qari

Jitħabbar ir-rebbieħ tal-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ 2018

Ir-rebbieħ tal-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ 2018 huwa Mark Calleja, bil-manuskritt Karma Red. Il-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ huwa konkors annwali mwaqqaf mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ bil-għan li jagħżel u jippremja rumanzi bil-Malti li jirnexxilhom jindirizzaw lill-adulti żgħażagħ u l-kwistjonijiet varji li dawn jiltaqgħu magħhom f’dan l-istadju partikolari...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Prof. Arnold Cassola

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet mal-Professur Arnold Cassola. Ma’ Cassola tkellimna dwar il-karriera politika tiegħu, it-temi li jikkaratterizzaw id-diversi kotba akkademiċi li kiteb dwar personaġġi Maltin li għexu barra minn Malta, u t-testi akkademiċi relatati mal-Letteratura Maltija. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Il-Professur Arnold Cassola huwa għalliem u politikant,...

Kompli qari

Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2018–19

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar li l-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2018-19 iddeċieda u qabel dwar is-sottomissjonijiet rebbieħa għall-edizzjoni 2018-19 tal-Fond. Il-proġetti rebbieħa ntgħażlu skont damma ta’ kriterji mfassla minn qabel, fosthom il-valur kulturali tal-pubblikazzjoni proposta u l-ħtieġa tal-finanzjament, minħabba n-natura speċjalizzata u mhux kummerċjali tal-proġett. Fi kliem ieħor, l-għan tal-Fond hu...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Mark Psaila u Ryan Grech

F’dan il-programm mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Mark Psaila u Ryan Grech dwar il-kors Taħżiż li ħadu sehem fih, organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ bi sħab mal-Għaqda tal-Malti – Università. Taħżiż huwa programm ta’ empowerment u kitba kreattiva. Fost l-oħrajn, dawn tkellmu dwar kif bnew il-ħila kreattiva tal-kitba tagħhom bis-saħħa tal-kors, għaliex...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Bernice Magro u Matthew Borg

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Bernice Magro u Matthew Borg dwar il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’ħidma mal-Għaqda tal-Malti – Università. Isma’ din l-intervista sħiħa, u sir af dwar l-attivitajiet varji li tħejjew għall-festival ta’ dis-sena, festival imżewwaq b’diskussjonijiet, preżentazzjonijiet u tnedijiet ta’ kotba,...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Sean u Glen Chircop

F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Sean u Glen Chircop dwar id-djalett Żejtuni, l-arti, il-kultura u l-istorja ta’ dan ir-raħal. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Sean Chircop huwa kunsillier iż-Żejtun li jieħu ħsieb il-kultura, it-turiżmu u l-edukazzjoni għolja. Ħadem biex jissaħħu d-djaletti f’Malta, l-aktar dak Żejtuni. Imexxi l-grupp Spazjarti,...

Kompli qari

Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2019 – jiftħu l-applikazzjonijiet

Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2019. Bħal dejjem, l-applikazzjonijiet huma għal kotba ppubblikati s-sena ta’ qabel. Il-kotba jridu jkun pubblikazzjonijiet lokali li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji taż-żewġ premji msemmija. Il-premji jingħataw lil dawk l-awturi ta’ pubblikazzjonijiet li jiġu ġġudikati bħala prodotti ta’ valur letterarju u kulturali għoli, dejjem...

Kompli qari