Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb issa stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-akbar avvenimenti kulturali f’Malta relatati mal-kotba u l-qari. B’inqas minn ġimgħa għall-Festival, hawnhekk se ssib informazzjoni utli dwar l-edizzjoni ta’ dis-sena. Il-programm tal-attivitajiet fih aktar minn 90 attività immirati għat-tfal, familji, professjonisti fil-pubblikazzjoni u l-pubbliku ġenerali. Wieħed jista’ jsib tnedijiet u preżentazzjonijiet...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Walid Nabhan

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Walid Nabhan. Mal-mistieden tkellimna dwar il-letteratura bħala mezz biex awtur isir parti mill-istorja ta’ pajjiż, in-natura reċiproka tal-kitba ta’ Nabhan, is-sens t’appartenenza u anku l-ħtieġa tal-ħarba fil-poeżija tiegħu, il-kuntest soċjali, politiku u kulturali tal-letteratura, u x-xogħol ta’ Nabhan fit-traduzzjoni tal-poeta nazzjonali Malti, fost...

Kompli qari

Ħareġ l-20 pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam l-għoxrin pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex matul il-perjodu 1 ta’ Lulju, 2019 sat-30 ta’ Settembru, 2019.Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba tagħhom u t-total ta’ remunirazzjoni...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Aleks Farrugia

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Aleks Farrugia. Mal-mistieden tkellimna dwar it-tendenzi soċjali fir-rumanz Grasshopper, għaliex l-awtur iġġustifika l-kitba tar-rumanz imsemmi bl-Ingliż meta qal li hi l-aħjar għodda biex biha taqbad iz-zeitgeist ta’ żminijietna, l-idea tat-telf tal-profondità u l-iskejjel tal-Frankfurt School u anke Guy Debord, il-ġurnaliżmu u l-letteratura, l-akbar...

Kompli qari

Il-mistiedna lokali ewlenin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Loranne Vella u Dr. Lillian Sciberras

Taħt id-direzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb qed jibqa’ joffri spazju uniku u importanti għal avvenimenti li jiċċelebraw dawk l-awturi li kkontribwixxew jew għadhom qed jikkontribwixxu għat-tisħiħ sinjifikattiv tal-patrimonju letterarju Malti. Fost il-mistiedna ewlenin waqt il-Festival dis-sena l-Kunsill se jkun qed jippreżenta lill-kittieba Loranne Vella u Dr. Lillian Sciberras....

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Mark Camilleri

F’dan l-epiosodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Mark Camilleri. Mal-mistieden tkellimna dwar ir-rumanz polizjesk u l-karatteristiċi tiegħu, id-differenzi fini bejn ir-rumanz polizjesk u ġeneri oħra qrib bħar-rumanz thriller, kriminali, ġjallesk jew tal-misteru, il-formula tal-ġeneru u r-riskju li s-suspans jindera u jintilef, it-trasferiment tal-Ispettur Gallo mir-rumanz għal blogg u s-sinjfikanza...

Kompli qari

‘Strange New Worlds’ – il-konferenza li se tiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019, l-aktar ċelebrazzjoni tal-ktieb importanti fis-sena, se jiftaħ għall-pubbliku nhar l-Erbgħa 6 ta’ Novembru b’konferenza dwar il-letteratura tal-fantaxjenza bl-isem ‘Strange New Worlds’. Il-konferenza se tkun organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Mark-Anthony Fenech, it-traduttur u l-kittieb tar-rumanz epiku bil-Malti It-Tawmaturgu: Il-Ħmura ta’ Filgħaxija (Horizons, 2017), se jkun qed imexxi...

Kompli qari

Taħt il-Qoxra: Dr Maria Brown

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Maria Brown. Mal-mistiedna tkellimna dwar l-edukazzjoni tal-adulti u l-iżvilupp fil-komunitajiet, il-mod kif nanalizzaw il-klassijiet soċjali f’Malta, jekk l-edukazzjoni hix assoċjata żżejjed max-xogħol u l-ekonomija, il-vuċi tal-NGOs f’Malta, ir-Riforma Parlamentari għall-Bilanċ fil-Ġeneru (Gender Balance in Parliament Reform), il-kapitali soċjali u l-irwol tal-lingwa...

Kompli qari

Il-qari, it-tfal u l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, l-aktar ċelebrazzjoni tal-ktieb prominenti fil-kalendarju kulturali Malti, se jsir f’Novembru li ġej bejn l-Erbgħa 6 u l-Ħadd 10 f’Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta. Għal darb’oħra ħafna mill-attivitajiet waqt il-Festival se jkunu mmirati għat-tfal u t-trawwim ta’ kultura ta’ qari sa minn età żgħira. Ħadna ħsieb li dawn l-attivitajiet...

Kompli qari