Home / National Book Prize / Fis-sema hekkda fl-art Rumanzi Fis-sema hekkda fl-art “Rakkont mimli ħolm u maġija, mibni fuq pedament ta’ realtà. Ma xtaqtx nistenbaħ mill-ħolma.”— Trevor Żahra Nahel jitnaffar mir-rix, jistmellu daqskemm jistmell lil missieru, u l-bqija tal-Furraniżi. Ħal Furran joffrilu biss kenn fejn jistaħba min-nies u minnu stess. Sakemm tfeġġ hi. Amira, it-tfajla li tafu aktar milli jaf lilu nnifsu, it-tfajla li taf x’qed jinħema fil-ħemda ta’ madwaru. Għax is-sinjali, fis-sema u fl-art, qed juru li wasal il-waqt li titwettaq il-profezija: Meta tfeġġ is-sħaba ħmajra, meta tasal magħha t-tajra, id-demm jiġri mill-kustat … Bla ma jaf kif, Nahel jinġarr miċ-ċirkostanzi dejjem jinbidlu fi vjaġġ li jħabbtu ma’ ħbieb u m’għedewwa, vjaġġ li jwasslu jagħraf dak li minn dejjem kien hemm, stendut quddiemu. Ixtri l-ktieb Merlin Publishers Rumanzi 2026 David Aloisio David Aloisio (b. 1979) huwa l-kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College tal-Università ta’ Malta, u lettur viżitatur fl-Università ta’ Malta. Id-dissertazzjoni tal-Master tiegħu ffukat fuq it-traduzzjoni letterarja. Aloisio kiseb il-PhD fil-letteratura mill-Università ta’ Malta fl-2021. L-oqsma ewlenin tar-riċerka tiegħu jinkludu l-letteratura Maltija, it-teorija letterarja, il-kanonizzazzjoni letterarja u l-prattika tat-traduzzjoni. Huwa ppubblika kemm xogħlijiet oriġinali kif ukoll tradotti. Tlieta minn dawn il-pubblikazzjonijiet ingħataw il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us