Skip to content
Fis-sema hekkda fl-art

Rumanzi

Fis-sema hekkda fl-art

“Rakkont mimli ħolm u maġija, mibni fuq pedament ta’ realtà. Ma xtaqtx nistenbaħ mill-ħolma.”
— Trevor Żahra

Nahel jitnaffar mir-rix, jistmellu daqskemm jistmell lil missieru, u l-bqija tal-Furraniżi. Ħal Furran joffrilu biss kenn fejn jistaħba min-nies u minnu stess.

Sakemm tfeġġ hi. Amira, it-tfajla li tafu aktar milli jaf lilu nnifsu, it-tfajla li taf x’qed jinħema fil-ħemda ta’ madwaru. Għax is-sinjali, fis-sema u fl-art, qed juru li wasal il-waqt li titwettaq il-profezija: Meta tfeġġ is-sħaba ħmajra, meta tasal magħha t-tajra, id-demm jiġri mill-kustat …

Bla ma jaf kif, Nahel jinġarr miċ-ċirkostanzi dejjem jinbidlu fi vjaġġ li jħabbtu ma’ ħbieb u m’għedewwa, vjaġġ li jwasslu jagħraf dak li minn dejjem kien hemm, stendut quddiemu.

Ixtri l-ktieb
Merlin Publishers
Rumanzi
2026

David Aloisio

David Aloisio (b. 1979) huwa l-kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College tal-Università ta’ Malta, u lettur viżitatur fl-Università ta’ Malta. Id-dissertazzjoni tal-Master tiegħu ffukat fuq it-traduzzjoni letterarja. Aloisio kiseb il-PhD fil-letteratura mill-Università ta’ Malta fl-2021. L-oqsma ewlenin tar-riċerka tiegħu jinkludu l-letteratura Maltija, it-teorija letterarja, il-kanonizzazzjoni letterarja u l-prattika tat-traduzzjoni. Huwa ppubblika kemm xogħlijiet oriġinali kif ukoll tradotti. Tlieta minn dawn il-pubblikazzjonijiet ingħataw il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.