Skip to content
Ah!

Novelli

Ah!

Jekk ngħidlek li, b’kumbinazzjoni, kont qed naħseb fik jien u nikteb dak li hawn f’dan il-ktieb, temminni? U terġa’, jekk ngħidlek li kont naf li, b’kumbinazzjoni, kont se taqra din in-nota wara li qrajt li, b’kumbinazzjoni, kont qed naħseb fik, temminni? U jekk ngħidlek li, b’kumbinazzjoni, hawn min verament għex dawn il-mumenti li għexu dawn il-karattri, temminni? Jistgħu jaħsbu li qed nikteb dwarhom imma x-xebh hu biss – kumbinazzjoni. Temminni? Iva? Le? B’kumbinazzjoni hekk ħsibt li se twieġeb.

Ixtri l-ktieb
Klabb Kotba Maltin
Novelli
2026

Immanuel Mifsud

Immanuel Mifsud huwa kittieb li jikteb poeżija, narrattiva u teatru. Huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar vuċijiet importanti tal-letteratura Maltija kontemporanja. Ippubblika numru kbir ta’ kotba li kisbu apprezzament kritiku u li ġew tradotti f’diversi lingwi. Fl-2011 ingħata l-Premju Letterarju tal-Unjoni Ewropea, li kompla firex xogħlu lejn qarrejja internazzjonali. Il-kitbiet tiegħu dehru f'ġurnali u antoloġiji letterarji fl-Ewropa u lil hinn, u ġie mistieden jieħu sehem f’bosta festivals letterarji internazzjonali. B'rikonoxximent għall-kontribut letterarju u kulturali tiegħu, ġie onorat bħala Membru tal-Ordni tal-Mertu mir-Repubblika ta’ Malta u riċentement poeta lawreat tal-Medalja Omeru minn Brussell. Huwa wkoll Professur tal-letteratura Maltija fl-Università ta’ Malta.

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.