Home / National Book Prize / Kaħlani: Skoss pożi u karamboli Children’s Literature (ages 8-12) Kaħlani: Skoss pożi u karamboli Hemm hu! Reġa’ tfaċċa l-fatat Kaħlani! U Safrani … u l-fatati l-oħrajn kollha, naturalment. F’dal-ktieb se ssibhom fi storja marbuta ma’ kamera tar-ritratti mill-antiki u f’oħra marbuta mar-Reġina. Ċinkwina panina mela x’inhu! Issa żomm sod, ippoża u tista’ anke tagħmel karambola … int u taqra l-istorja. Ixtri l-ktieb Merlin Publishers Children’s Literature (ages 8-12) 2026 Clare Azzopardi, Leanne Ellul, Romont Willy (ill.) Clare Azzopardi tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed timxi jew tittanta lil Żdruċċlu. Għallmet il-Letteratura Maltija għal 24 sena u għal dawn l-aħħar tmien snin kienet ukoll il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u numru ta’ kitbiet tagħha fosthomKulħadd ħalla isem warajh u Castillo ġew maqluba f’lingwi oħra bħall-Ingliż, it-Taljan, l-Għarbi, is-Sloven, l-Ungeriż u l-Kroat. Clare Azzopardi ħadmet f’ħafna għaqdiet volontarji fosthom Inizjamed, L-Akkademja tal-Malti, PEN Malta, MEIA u Fondazzjoni HELA. Leanne Ellul tgħallem il-Malti u tiggwida lill-istudenti fl-ewwel passi tagħhom fit-triq tal-kitba. Tikteb kemm poeżija kif ukoll proża u ħafna drabi tisfumahom. Tikteb textbooks u kotba oħra għat-tfal. Fil-kotba għaċ-ċkejknin, togħxa tikteb dwar ir-robots u l-kpiepel, il-fatati, il-kalzetti u l-furfiċetti ... kull ħaġa li tintilef u tinħeba jew, għall-kuntrarju, tispikka ħafna. Ittraduċiet numru ta’ xogħlijiet għall-Malti, u tikteb ukoll għat-teatru. Fl-2016 ġiet magħżula bħala l-awtriċi emerġenti tas-sena. Kitbet ukoll żewġ rumanzi għaż-żgħażagħ, gramma u be;n il-kmiem, li t-tnejn rebħu l-Konkors ta’ Letteratura għaż-Żgħażagħ, għaxar snin bogħod minn xulxin. L-ewwel ġabra ta’ poeżiji tagħha jisimha L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla. It-tieni ġabra tifforma parti mill-proġett interdixxiplinarju Bjuda, u l-aħħar waħda hija ktejjeb-manifest dwar is-siġar. Ellul tagħmel parti minn numru ta’ entitajiet li għandhom il-lingwa u l-kultura Maltija fil-qalba tagħhom, fosthom Inizjamed u Fondazzjoni HELA. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us