Home / National Book Prize / Dawra mad-dinja Kotba għat-Tfal (etajiet 8-12) Dawra mad-dinja Lucy ma tħobbx taqra. Il-kotba tarahom ħela ta’ ħin. Sakemm darba waħda ssib ktieb stramb … maġiku, li jeħodha f’avventura speċjali madwar id-dinja. Trid u ma tridx, Lucy issib ruħha maqbuda fil-ktieb. Mingħajr iċ-ċwievet ma tistax toħroġ. Iżda ċ-ċwievet trid taħdem għalihom. U int? Xogħlok hu li tgħinha tegħleb l-isfidi li tiltaqa’ magħhom mat-triq billi ssolvi puzzles u logħob ieħor, tiġbor iċ-ċwievet u tgħinha terġa’ lura minn fejn telqet, flimkien mal-ħabib tagħha Samwel. Għax il-kotba jistgħu jeħduk ġol-isbaħ avventura, dejjem jekk int taċċetta li tilqa’ l-isfida … Ixtri l-ktieb Merlin Publishers Kotba għat-Tfal (etajiet 8-12) 2026 Christine Ciappara, Naomi Gatt (ill.) Christine Ciappara twieldet fl-1977 u trabbiet Wied il-Għajn. Illum tgħix iż-Żurrieq. Christine gradwat bħalha ħaddiema soċjali fl-2000. Wara aktar minn għaxar snin taħdem f’dan il-qasam, kemm Malta u anke lil hinn, qalbet il-folja. Illum taħdem m’aġenzija pubblika li tmexxi programmi ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea għas-setturi tal-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport. Il-ħsieb biex tikteb ktieb interattiv għat-tfal beda minn xewqa li tgħaqqad żewġ passatempi: il-qari u taħbil il-moħħ ta’ kull xorta. Dawra mad-Dinja hu l-ewwel ktieb ta’ Christine. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us