Home / National Book Prize / Ta’ Taħt Fuq: Il-Missjoni tal-Mostru Letteratura għaż-Żgħażagħ Ta’ Taħt Fuq: Il-Missjoni tal-Mostru L-ewwel ktieb fis-sensiela ġdida Ta’ Taħt Fuq Lestu ruħkom. Hemm mostru għandu missjoni xi jwettaq. Għolliet l-għatu msaddad tal-bir u ttawlet fil-bokka. Dlam. Ħarġet il-mowbajl mill-but u xegħlet it-torċ. Minn ġol-bir taret id għaliha! Camilla ħasset ġisimha jiżbroffa. Leħħiet qawwija ta’ dwal ħodor sparaw minn ġon-nemex, għaddew minn ħwejjiġha u xegħlu kullimkien madwarha. • Camilla taħseb li għandha ħajja stramba. Imma meta tiltaqa’ ma’ Mark, din issirilha ħafna iktar stramba. Tista’ tgħid, tinqalbilha ta’ taħt fuq. To obtain a hardcopy of this book, kindly visit the author’s website at www.matthewschembri.com. Ixtri l-ktieb Merlin Publishers Letteratura għaż-Żgħażagħ 2026 Matthew Schembri Matthew Schembri huwa artist, kittieb u poeta bbażat Malta. Schembri rebaħ Divergent Thinkers (2015), Shifting Contexts (2019), u fl-2017 ingħata l-premju għall-ewwel Artist Żagħżugħ tas-Sena mill-Kunsill Malti għall-Arti. Ir-rumanz debutt tiegħu, Stessi (2018), rebaħ Il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2016, u l-ewwel ġabra ta’ poeżijitiegħu, Ħassartek (2021), wasslitu biex jirbaħ il-premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti, mogħti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ta’ Malta fl-2022. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us