Skip to content
Ta’ Taħt Fuq: Il-Missjoni tal-Mostru

Letteratura għaż-Żgħażagħ

Ta’ Taħt Fuq: Il-Missjoni tal-Mostru

L-ewwel ktieb fis-sensiela ġdida Ta’ Taħt Fuq

Lestu ruħkom. Hemm mostru għandu missjoni xi jwettaq.

Għolliet l-għatu msaddad tal-bir u ttawlet fil-bokka. Dlam. Ħarġet il-mowbajl mill-but u xegħlet it-torċ. Minn ġol-bir taret id għaliha! Camilla ħasset ġisimha jiżbroffa. Leħħiet qawwija ta’ dwal ħodor sparaw minn ġon-nemex, għaddew minn ħwejjiġha u xegħlu kullimkien madwarha.

Camilla taħseb li għandha ħajja stramba. Imma meta tiltaqa’ ma’ Mark, din issirilha ħafna iktar stramba. Tista’ tgħid, tinqalbilha ta’ taħt fuq.

To obtain a hardcopy of this book, kindly visit the author’s website at www.matthewschembri.com.

Ixtri l-ktieb
Merlin Publishers
Letteratura għaż-Żgħażagħ
2026

Matthew Schembri

Matthew Schembri huwa artist, kittieb u poeta bbażat Malta. Schembri rebaħ Divergent Thinkers (2015), Shifting Contexts (2019), u fl-2017 ingħata l-premju għall-ewwel Artist Żagħżugħ tas-Sena mill-Kunsill Malti għall-Arti. Ir-rumanz debutt tiegħu, Stessi (2018), rebaħ Il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2016, u l-ewwel ġabra ta’ poeżijitiegħu, Ħassartek (2021), wasslitu biex jirbaħ il-premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti, mogħti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ta’ Malta fl-2022.

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.