Skip to content
Lupettin iżur razzett

Kotba tradotti għat-Tfal (etajiet 0-7)

Lupettin iżur razzett

Ktieb mis-sensiela P’tit Loup ta’ Orianne Lallemand u Éléonore Thuillier (ill.), maqlub għall-Malti.

Għal dawk it-tfal kollha li jħobbu lil Lupu Lupettu – issa hawn Lupettin, il-Lupu ċkejken għal tfal iżgħar li għadhom qed jibdew jaqraw!

Qoxra iebsa u paġni b’karta b’saħħitha apposta għal idejn ċkejknin.

Lupettin iżur razzett mal-klassi tiegħu. Jiġbor il-bajd, isir jaf kif jinġabar il-ħalib u jagħmel ħbieb ma’ Betty.

Lupettin jitgħallem ħafna affarijiet ġodda u jieħu ħafna gost.

Ixtri l-ktieb
Merlin Publishers
Kotba tradotti għat-Tfal (etajiet 0-7)
2026

Clare Azzopardi (trad.)

Clare Azzopardi tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed timxi jew tittanta lil Żdruċċlu. Għallmet il-Letteratura Maltija għal 24 sena u għal dawn l-aħħar tmien snin kienet ukoll il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u numru ta’ kitbiet tagħha fosthomKulħadd ħalla isem warajh u Castillo ġew maqluba f’lingwi oħra bħall-Ingliż, it-Taljan, l-Għarbi, is-Sloven, l-Ungeriż u l-Kroat. Clare Azzopardi ħadmet f’ħafna għaqdiet volontarji fosthom Inizjamed, L-Akkademja tal-Malti, PEN Malta, MEIA u Fondazzjoni HELA.

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.