Home / National Book Prize / Lupettin iżur razzett Kotba tradotti għat-Tfal (etajiet 0-7) Lupettin iżur razzett Ktieb mis-sensiela P’tit Loup ta’ Orianne Lallemand u Éléonore Thuillier (ill.), maqlub għall-Malti. Għal dawk it-tfal kollha li jħobbu lil Lupu Lupettu – issa hawn Lupettin, il-Lupu ċkejken għal tfal iżgħar li għadhom qed jibdew jaqraw! Qoxra iebsa u paġni b’karta b’saħħitha apposta għal idejn ċkejknin. Lupettin iżur razzett mal-klassi tiegħu. Jiġbor il-bajd, isir jaf kif jinġabar il-ħalib u jagħmel ħbieb ma’ Betty. Lupettin jitgħallem ħafna affarijiet ġodda u jieħu ħafna gost. Ixtri l-ktieb Merlin Publishers Kotba tradotti għat-Tfal (etajiet 0-7) 2026 Clare Azzopardi (trad.) Clare Azzopardi tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed timxi jew tittanta lil Żdruċċlu. Għallmet il-Letteratura Maltija għal 24 sena u għal dawn l-aħħar tmien snin kienet ukoll il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u numru ta’ kitbiet tagħha fosthomKulħadd ħalla isem warajh u Castillo ġew maqluba f’lingwi oħra bħall-Ingliż, it-Taljan, l-Għarbi, is-Sloven, l-Ungeriż u l-Kroat. Clare Azzopardi ħadmet f’ħafna għaqdiet volontarji fosthom Inizjamed, L-Akkademja tal-Malti, PEN Malta, MEIA u Fondazzjoni HELA. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us