Home / Programme / Stejjer li Qatt ma Qrawlek – Teatru Malta 🇲🇹 Stejjer li Qatt ma Qrawlek – Teatru Malta 🇲🇹 4th November, 2026 Ongoing to 8th November, 2026 Ongoing Tmien stejjer Maltin, irrakkontati mill-ġdid permezz tal-vuċi u l-ħoss. ‘Stejjer li Qatt ma Qrawlek’ hija inizjattiva ta’ Teatru Malta, taħt il-kappa ta’ Teatru Redifjuxxin, żviluppata mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-proġett jagħżel tmien stejjer qosra minn awturi Maltin u jagħtihom ħajja ġdida permezz tal-vuċi u l-interpretazzjoni tal-ensemble ta’ Teatru Malta. L-għażla finali tinkludi xogħlijiet ta’ Kurt Borg, Clare Azzopardi, Immanuel Mifsud, Leanne Ellul, Nadia Mifsud, Lara Calleja, Loranne Vella u Keith Borg. Għalkemm l-istejjer ġejjin minn awturi u ġabriet differenti, mill-għażla tagħhom toħroġ tema komuni: il-ħtieġa fundamentali tagħna li nibnu rabtiet sinifikanti ma’ ħaddieħor. Il-proġett ‘Stejjer li Qatt ma Qrawlek’ jesplora l-intimità u l-kapaċità tiegħu li jimliena, isawwarna u jweġġagħna, filwaqt li jistaqsi x’jiġri meta x-xewqa għall-intimità tieħu xejra spjaċevoli. Stejjer li Qatt ma Qrawlek għalhekk joħloq pont bejn il-letteratura u t-teatru, u joffri mod ġdid kif stejjer Maltin jiġu mismugħa, interpretati u esperjenzati — permezz tal-vuċi, il-ħoss u l-immaġinazzjoni. L-istejjer se jiġu rrekordjati minn Albert Garzia, li se jaħdem mill-qrib mal-ensemble biex kull test isib il-vuċi, ir-ritmu u l-atmosfera partikolari tiegħu. Garzia se joħloq ukoll mużika oriġinali apposta għall-podcasts, li tgħaqqad l-istejjer u tagħti lill-kollezzjoni identità awdjo komuni. James Baldacchino se jkun responsabbli mill-mastering tar-reġistrazzjonijiet qabel ma dawn ikunu disponibbli għas-semmiegħa permezz ta’ diversi pjattaformi. Post: Ħdejn Is-Sala tal-Kittieba, Ir-Rokna tal-Ktieb, Stand numru 9 SHARE POST Similar Posts Fittixni (Etajiet 8+): Xow Teatrali Terramaxka – KNK – It-Teatru 🇲🇹 9th November, 2025 3:00 PM - 3:40 PM Read More Eħlisna mid-Deni: A taste of Karl Schembri’s explosive new novel – Merlin Publishers – Is-Sala tal-Qarrejja 🇲🇹 9th November, 2025 6:00 PM - 7:00 PM Read More Il-Kreatura tal-Bir (Etajiet 7+): Xow Teatrali Terramaxka – KNK – It-Teatru 🇲🇹 7th November, 2025 6:00 PM - 6:40 PM Read More Gost il-Qari: Sessjonijiet ta’ Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) – L-Istand 15 🇲🇹/🇬🇧 5th November, 2025 10:00 AM - 12:00 PM Read More Noti Editorjali: Noah Fabri – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 4:45 PM - 5:30 PM Read More Sessjoni ta’ Qari Inklussiva – Inspire Malta – Il-Kamra Sensorja 🇬🇧 9th November, 2025 4:30 PM - 5:30 PM Read More Sessjoni ta’ Qari Inklussiva – Inspire Malta – Il-Kamra Sensorja 🇬🇧 9th November, 2025 3:00 PM - 4:00 PM Read More Fittixni (Etajiet 8+): Xow Teatrali Terramaxka – KNK – It-Teatru 🇲🇹 9th November, 2025 3:00 PM - 3:40 PM Read More Stejjer mill-Bibbja (Sa 10 Snin) – L-Arċidjoċesi ta’ Malta – L-Istand 24 🇲🇹 9th November, 2025 2:00 PM - 3:00 PM Read More