Skip to content

‘Bejn Storja u Miti’: L-Editjar u l-Qari tal-Provi tas-Sensiela – Għaqda Qarrejja tal-Provi tal-Malti 🇲🇹

4th November, 2026
6:15 PM - 7:15 PM
‘Bejn Storja u Miti’: L-Editjar u l-Qari tal-Provi tas-Sensiela – Għaqda Qarrejja tal-Provi tal-Malti 🇲🇹

Għal dan l-avveniment, l-Għaqda Qarrejja tal-Provi tal-Malti se tiffoka fuq l-editjar u l-qari tal-provi ta’ sensiela ta’ kotba, aspett kruċjali fil-proċess tal-pubblikazzjoni li ma ġiex esplorat wisq f’dawn l-aħħar snin.

Is-sensiela magħżula hija Bejn Storja u Miti, li bdiet tiġi ppubblikata mill-Horizons fl-2012 u li għadha qed tiġi ppubblikata sal-lum. Is-sensiela hi magħrufa u mfittxija partikolarment għall-informazzjoni fuq il-personalitajiet li jinkludu, fost oħrajn, Duminku Mintoff, Herbert Ganado, Trevor Żahra, Mabel Strickland, Giovanni Bonello, Anton Buttigieg, Eddie Fenech Adami, Fr Hilary Tagliaferro u, riċentament, Emvin Cremona.

Il-kelliema se jkunu Dr Sergio Grech, l-editur tas-sensiela, u s-Sur Joe Cassar, qarrej tal-provi, li se jesploraw kif ġiet l-idea għas-sensiela u kif żviluppat, kif jintgħażlu l-personalitajiet u l-proċess pass pass ladarba jkun intgħażel is-suġġett. Huma se jiddiskutu x’jinvolvi l-editjar ta’ ktieb b’numru ta’ kontributuri, id-diffikultajiet u l-isfidi, kif ukoll aneddoti marbutin mal-editjar tas-sensiela Bejn Storja u Miti. Fl-aħħar, l-udjenza se jkollha ċans tgħaddi l-kummenti u l-mistoqsijiet tagħha.

Post: Is-Sala tal-Qarrejja

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.