Home / Programme / ‘Bejn Storja u Miti’: L-Editjar u l-Qari tal-Provi tas-Sensiela – Għaqda Qarrejja tal-Provi tal-Malti 🇲🇹 ‘Bejn Storja u Miti’: L-Editjar u l-Qari tal-Provi tas-Sensiela – Għaqda Qarrejja tal-Provi tal-Malti 🇲🇹 4th November, 2026 6:15 PM - 7:15 PM Għal dan l-avveniment, l-Għaqda Qarrejja tal-Provi tal-Malti se tiffoka fuq l-editjar u l-qari tal-provi ta’ sensiela ta’ kotba, aspett kruċjali fil-proċess tal-pubblikazzjoni li ma ġiex esplorat wisq f’dawn l-aħħar snin. Is-sensiela magħżula hija Bejn Storja u Miti, li bdiet tiġi ppubblikata mill-Horizons fl-2012 u li għadha qed tiġi ppubblikata sal-lum. Is-sensiela hi magħrufa u mfittxija partikolarment għall-informazzjoni fuq il-personalitajiet li jinkludu, fost oħrajn, Duminku Mintoff, Herbert Ganado, Trevor Żahra, Mabel Strickland, Giovanni Bonello, Anton Buttigieg, Eddie Fenech Adami, Fr Hilary Tagliaferro u, riċentament, Emvin Cremona. Il-kelliema se jkunu Dr Sergio Grech, l-editur tas-sensiela, u s-Sur Joe Cassar, qarrej tal-provi, li se jesploraw kif ġiet l-idea għas-sensiela u kif żviluppat, kif jintgħażlu l-personalitajiet u l-proċess pass pass ladarba jkun intgħażel is-suġġett. Huma se jiddiskutu x’jinvolvi l-editjar ta’ ktieb b’numru ta’ kontributuri, id-diffikultajiet u l-isfidi, kif ukoll aneddoti marbutin mal-editjar tas-sensiela Bejn Storja u Miti. Fl-aħħar, l-udjenza se jkollha ċans tgħaddi l-kummenti u l-mistoqsijiet tagħha. Post: Is-Sala tal-Qarrejja Ixtri l-ktieb SHARE POST Similar Posts Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 – L-Għoti tal-Premjijiet – KNK 🇲🇹 8th November, 2026 6:00 PM - 7:30 PM Read More Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fuq il-Wikipedija – Wikimedia Community Malta 🇲🇹🇬🇧 8th November, 2026 5:30 PM - 6:30 PM Read More Niltaqgħu mal-Awturi – Lorraine Galea u Darren Agius – Pandora Books 🇲🇹 8th November, 2026 4:00 PM - 5:00 PM Read More ‘The Book of Valletta’: Stejjer Minn Belt Kollha Kuntrasti – Comma Press u KNK 🇬🇧 8th November, 2026 4:00 PM - 5:00 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi – Karen Bugeja – Pandora Books 🇲🇹 8th November, 2026 3:00 PM - 4:00 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi – Claudette Fava – Pandora Books 🇲🇹 8th November, 2026 11:00 AM - 12:00 PM Read More Sessjonijiet Inklussivi ta’ Rakkontar ta’ Stejjer fil-Kamra Sensorja – Inspire Malta 🇬🇧 8th November, 2026 10:30 AM - 11:10 AM Read More Ix-xogħol kbir ta’ Ġużè Gatt bħala storiku tal-poplu 🇲🇹 8th November, 2026 10:00 AM - 11:30 AM Read More Sfrattu Kuratorjali: Esebizzjoni l-MICAS – Sentejn Wara – MICAS 🇬🇧🇲🇹 8th November, 2026 10:00 AM - 11:00 AM Read More