Skip to content

Konkors ta’ Letteratura

għaż-Żgħażagħ

Il-Konkors ta’ Letteratura għaż-Żgħażagħ huwa konkors annwali organizzat bejn l-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

L-għan tal-konkors huwa li jintgħażlu, jiġu ppremjati u ppubblikati rumanzi bil-Malti miktubin apposta għaż-żgħażagħ ta’ bejn it-13 u t-18-il sena li jesploraw id-dinja tagħhom tal-lum, b’dak kollu li din il-fażi tal-ħajja ġġib magħha. Il-konkors jiġi ġġudikat b’mod anonimu minn tliet ġudikaturi maħtura mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u mill-Aġenzija Żgħażagħ.

 

 

Min Jista’ Japplika?

L-applikanti eliġibbli jistgħu jkunu individwi jew gruppi ta’ individwi ta’ mill-inqas 20 sena.
Biex l-applikazzjoni titqies eliġibbli, il-manuskritt oriġinali sottomess m’għandu jkun ġie ppubblikat qatt qabel kemm b’mod sħiħ u anki parzjalment.

Kif Tipparteċipa?

L-applikanti huma mħeġġa jaqraw sew il-linji gwida qabel japplikaw. Intom ġentilment mitluba jkollkom id-dokumenti meħtieġa lesti sabiex jiġu mtella’ qabel tibda l-proċess t’applikazzjoni.

L-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi onlajn billi tagħfsu l-buttuna “APPLIKA” fuq il-lemin. Meta timla l-formola tal-applikazzjoni u tissottometti d-dokumenti meħtieġa, tirċievi notifika bl-email li l-applikazzjoni ġiet irreġistrata.

F’każ ta’ xi diffikultà waqt l-istadju t’applikazzjoni, int ġentilment mitlub iċċempel l-uffiċji tagħna fuq +35627131574 jew tibgħat email fuq matthew.borg@ktieb.org.mt

 

Downloads

REBBIEĦA TAL-KONKORS

Manuskritt rebbieħ
Kristalli tas-Silġ

Awtur: Kirstin Spiteri

Aġġudikaturi

Teħtieġ aktar informazzjoni?

Kellimna

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.