LINJI-GWIDA
Dil-fergħa twieżen proġetti ta’ pubblikazzjoni ta’ xogħlijiet oriġinali ta’ finzjoni, fosthom rumanzi, poeżiji, drama, u rumanzi grafiċi, kif ukoll letteratura mhux fittizja bħal bijografiji. Xogħol akkademiku bħal monografiji, ġabriet editjati u edizzjonijiet kritiċi eliġibbli wkoll.
Aktar informazzjoni fil-linji-gwida.

Dil-fergħa twieżen il-pubblikazzjoni ta’ edizzjonijiet ġodda ta’ kotba li ma jkunux fl-istampa.
L-għan hu li jimtela n-nuqqas li jeżisti bejn il-ħtieġa li jibqgħu jinqraw il-klassiċi Maltin u kotba oħra li jiffurmaw parti mill-kanonu letterarju Malti, u n-nuqqas ta’ disponibbiltà tagħhom fil-ħwienet tal-kotba.
Aktar informazzjoni fil-linji-gwida.

Dil-fergħa twieżen proġetti ta’ traduzzjoni ta’ letteratura Maltija fi kwalunkwe lingwa oħra.
Dan jinkludi wkoll antoloġiji ta’ xogħol oriġinali fittizju jew mhux fittizju minn awtur jew awturi Maltin, kif ukoll il-pubblikazzjoni ta’ xogħol bil-Malti lejn l-Ingliż.
Aktar informazzjoni fil-linji-gwida.


Dil-fergħa twieżen proġetti ta’ traduzzjoni ta’ xogħlijiet letterarji jew akkademiċi internazzjonali lejn il-lingwa Maltija.
Aktar informazzjoni fil-linji-gwida.

IL-PROĊESS TAL-APPLIKAZZJONI
Kif tapplika?
L-applikazzjonijiiet għall-Fond Malti tal-Ktieb jittellgħu online.
Aqra bir-reqqa l-linji-gwida u r-regolamenti tal-fergħa li se tapplika għaliha qabel iddaħħal il-proġett tiegħek, sabiex tkun ċert li żżomm mal-kriterji tal-eliġibbiltà u l-proċess tal-evalwazzjoni. Tista’ taċċessa kampjun tal-formola tal-applikazzjoni u r-rendikont baġitarju bħala referenza fis-sezzjoni tal-materjal importanti.
Ara li jkollok ippreparati d-dokumenti mandatorji – kif ukoll dawk mhux mandatorji imma li jsaħħu l-applikazzjoni tiegħek – sabiex ittellagħhom fis-sistema tal-applikazzjoni online.
Agħfas fuq il-buttuna “APPLIKA ISSA” fuq il-lemin in-naħa ta’ fuq ta’ dil-paġna.
Jekk issib xi diffikultà ċempel l-uffiċċju tagħna fuq +356 27131574 jew ibgħat email lil Matthew Borg fuq matthew.borg@ktieb.org.mt
X'jiġri wara li tissottometti?
Meta tapplika tirċievi notifika b’email li kollox sew.
Tista’ teditja l-applikazzjoni tiegħek wara li tkun daħaltha. Biex tagħmel dan, trid tibagħtilna talba għall-editjar mill-portal. Erġa’ lloggja bil-kont tiegħek tas-Submittable, mur fuq l-applikazzjoni, u agħfas ‘Edit’. Talbiet simili jibqgħu jiġu aċċettati sal-għeluq tas-sottomissjonijiet.
Tħabbira tar-riżultati
Il-lista tal-proġetti li jingħataw il-fondi tkun ippubblikata tmien ġimgħat wara l-għeluq tas-sottomissjonijiet.
L-implimentazzjoni tal-proġett
Jekk il-proġett tiegħek jingħata l-fondi, 50% tal-ammont jingħadda meta tiffirma l-kuntratt tal-benefiċjarji.
Meta tlesti l-proġett, il-50% l-oħra jgħaddu għandek wara li tissottometti żewġ kopji stampati tal-ktieb, ir-rapport finali u r-rendikont baġitarju finali, li jridu jiġu approvati mill-KNK.
Benefiċjarji
TEĦTIEĠ AKTAR GĦAJNUNA?
IKKUNTATTJANA
Jekk għandek xi diffikultà jew trid tikkonsulta magħna dwar il-Fond, ibgħat email lil Matthew Borg fuq matthew.borg@ktieb.org.mt jew ċemplilna fuq 356 27131574 bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa mid-9am sal-4pm.
