Home / Programme / Mark Grenside intervistat minn Jo Caruana – Miller Distributors Mark Grenside intervistat minn Jo Caruana – Miller Distributors 11th November, 2020 5:00 PM - 5:45 PM Mill-Muppets għal-ħolqien ta’ thriller splussiv ġdid ibbażat fuq l-akbar serqa fl-istorja L-awtur ibbażat f’Malta Mark Grenside qed jgħix ħajja tinkiteb. Il-karriera eklektika tiegħu bdiet fl-assiguranzzjoni tal-ħtif. Dak għandu jgħamel bidu affaxxinanti għall-karriera ta’ kulħadd, iżda ta’ 25 sena, Mark ħass li kien wasal iż-żmien għal bidla, u għalhekk ħalla l-ġlekk u l-ingravata u beda karriera fil-midja, jaħdem għal Jim Henson u The Muppets ©. Minn dak il-mument ‘il quddiem qatt ma ħares lura, u minn dakinhar kien involut fl-industrija tal-intrateniment u kważi f’kull aspett tagħha, inklużi films, TV, u mużika. Dan l-aħħar ħa wkoll l-irwol ta’ imprenditur – u kiteb ukoll l-ewwel ktieb tiegħu. Ir-rumanz tad-debutt ta’ Mark Fall Out ħareġ f’Mejju ta’ din is-sena u intlaqa’ tajjeb mill-kritiċi. L-istorja eċċitanti hija bbażata fuq l-iskandlu veru ta’ qtil u serq ta’ bosta biljuni ta’ dollari. Ambjentat f’postijiet bħal Cannes u Hollywood u skur u misterjuż daqs l-għerien f’Pagsanjan fil-Filippini, Fall Out qed jiġi ċċelebrat bħala thriller ta’ barra minn hawn li ma jħallikx titilqu minn idek. Mark diġà qed jaħdem fuq sequel ta’ Fall Out, li parti minnu se jkun ambjentat f’Malta. Matul l-intervista mmexxija minn Jo Caruana, Mark jiżvela l-ispirazzjoni għall-ktieb u l-qafas tal-istorja. Huwa jżewwaq ukoll l-intervista bi stejjer ta’ Hollywood, xi ismijiet famużi u ġrajjiet skandalużi – wieħed minn ta’ ġewwa li jikxef il-velu minn fuq Tinseltown. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts L’editoria indipendente in Italia oggi – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 10th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Exploring the East: Marco Polo’s Journey through Cathay – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 6:00 PM - 7:00 PM Read More Taħdita: Il-Korrispondenza bejn Ġużè Cardona u Karmen Mikallef Buħaġar – L-Akkademja tal-Malti – Is-Sala tal-Qarrejja 7th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi: Anna-Elisabeth Mayer Taqra mir-Rumanz ‘Kreidezeit’ (2023) – GMC / Dept. of German, UM – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More ‘Prophet Song’: Kelma mal-Awtur Paul Lynch, Rebbieħ tal-Premju Booker – KNK – It-Teatru 8th November, 2024 8:00 PM - 9:00 PM Read More Daniel Massa, laqgħa mal-poeta – Kotba Calleja – Ir-Rokna tal-Ktieb 10th November, 2024 4:30 PM - 5:00 PM Read More Żviluppa l-Finzjoni Tiegħek: Workshop ma’ Richard Skinner mill-Faber Academy – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 9th November, 2024 9:30 AM - 3:00 PM Read More Tnedija ta’ Ktieb: It-Traduzzjoni bil-Malti ta’ ‘The Three Body Problem’ – Faraxa Publishing – Is-Sala tal-Qarrejja / 8th November, 2024 7:00 PM - 8:00 PM Read More Naqraw ma’ Lucienne: Sessjoni Interattiva – Pandora Books – Is-Sala tal-Qarrejja 10th November, 2024 10:00 AM - 11:00 AM Read More