Home / Programme / Mill-Abbozz għas-Suq: MuT mal-aġent letterarju Jonathan Lloyd (Curtis Brown) – KNK – Is-Sala tal-Kittieba Mill-Abbozz għas-Suq: MuT mal-aġent letterarju Jonathan Lloyd (Curtis Brown) – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 9th November, 2024 3:30 PM - 4:30 PM Ingħaqad mal-aġent letterarju u l-president ta’ Curtis Brown, Jonathan Lloyd, għal dis-sessjoni eċċezzjonali ta’ MuT immoderata minn Kat Storace (Praspar Press). Ikseb għarfien imprezzabbli dwar il-pubblikazzjoni, mit-tfittxija għal aġent letterarju addattat għalik u kif taqta’ figura tajba miegħu. Dan l-avveniment hu miftuħ għall-kittieba Maltin li jiktbu bl-Ingliż. Irreġistra biex tilħaq post u ibgħat il-mistoqsijiet tiegħek minn qabel biex id-diskussjoni tkun waħda personalizzata. Irreġistra hawn: https://forms.gle/gMdiScHhoMSdCA1a9 Jonathan Lloyd huwa l-President ta’ Curtis Brown. Ingħaqad ma’ din l-aġenzija fl-1994 minn ma’ Harper Collins fejn serva bħala Direttur Maniġerjali tal-Pubblikazzjoni Kummerċjali għall-Adulti. Bħala aġent letterarju, jirrappreżenta awturi bestsellers ta’ finzjoni u firxa wiesgħa ta’ klijenti ta’ kitba mhux fittizja, fosthom bijografi politiċi magħrufa u ċelebritajiet. Jonathan kien President tal-AAA (l-Assoċjazzjoni tal-Aġenti tal-Awturi) mill-199 sal-2002, u kien ivvutat bħala l-Aġent tas-Sena fil-British Book Industry Awards fl-2009. PS… xi 100 sena ilu jew ftit inqas, jiena, bħala Manager tal-Bejgħ fl-Ewropa, kelli l-pjaċir kbir inżur Malta tliet darbiet fuq xogħol. Iltqajt ma’ Francis Miller minn WHSmith, Ronnie Agius tat-Times u Simon Bonello. Ħassejtni adult f’kamarti fil-Phoenicia u meta żort kittieba lokali bħal Nicolas Monsarrat! Tal-ġenn li se nerġa’ nżur Malta! Kat Storace hija editur, pubblikatur u traduttur letterarju minn Malta. Kofundatriċi ta’ Praspar Press, pubblikatur żgħir fir-Renju Unit li jiffoka fuq kitba Maltija bl-Ingliż jew tradotta għall-Ingliż. L-ewwel traduzzjoni sħiħa tagħha kienet what will it take for me to leave ta’ Loranne Vella (Praspar Press, 2021), li għamlitha mal-finalisti fit-TA First Translation Prize tas-Soċjetà tal-Awturi. It-traduzzjonijiet tagħha dehru fil-Modern Poetry in Translation u l-White Review. Rebħet il-premju ta’ PEN Translates għat-traduzzjoni ta’ Rokit ta’ Loranne Vella, li se tkun ippubblikata fl-2025. SHARE POST Similar Posts Eħlisna mid-Deni: A taste of Karl Schembri’s explosive new novel – Merlin Publishers – Is-Sala tal-Qarrejja 🇲🇹 9th November, 2025 6:00 PM - 7:00 PM Read More Lejla ma’ Jeff VanderMeer: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 8th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More Bejn il-Qoxra: Il-Malta University Press u l-awturi tagħha – Malta University Press (MUP) – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧/🇲🇹 8th November, 2025 4:00 PM - 5:00 PM Read More Lejla ma’ Samantha Harvey: Intervista u ffirmar ta’ kotba – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇬🇧 7th November, 2025 7:00 PM - 8:00 PM Read More F’Konverżazzjoni ma’ Iris Wolff: Ir-rumanz tagħha Lichtungen u t-traduzzjoni għall-Malti – Dept. of German (University of Malta), German-Maltese Circle & Horizons – Is-Sala tal-Qarrejja 🇬🇧 7th November, 2025 5:30 PM - 7:00 PM Read More L’editoria indipendente in Italia oggi – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 10th November, 2024 5:00 PM - 6:00 PM Read More Exploring the East: Marco Polo’s Journey through Cathay – Istituto Italiano di Cultura – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 6:00 PM - 7:00 PM Read More Taħdita: Il-Korrispondenza bejn Ġużè Cardona u Karmen Mikallef Buħaġar – L-Akkademja tal-Malti – Is-Sala tal-Qarrejja 7th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi: Anna-Elisabeth Mayer Taqra mir-Rumanz ‘Kreidezeit’ (2023) – GMC / Dept. of German, UM – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More