Home / National Book Prize / Doqqli, Doqqli Ħa Tferraħni u Stejjer Oħra Novelli Doqqli, Doqqli Ħa Tferraħni u Stejjer Oħra “In-novella hija ġeneru fil-letteratura immirata lejn udjenza li trid taqra storja fil-qosor u ta’ malajr. F’din il-ġabra, Reno Borg jgħid l-istorja mingħajr kumplikazzjonijiet, li ġieli tikxef l-ambjent li għex fih l-awtur u l-ħidma tiegħu. Fin-novelli Diego Costas u l-Imħallef tal-Qmis Griża toħroġ il-ħidma tiegħu fil-qrati bħala avukat, imma l-karattri l-oħra kważi ma juru xejn dwaru. L-Ospizju hija mera tal-ambjent reali u t-traġedja tax-xjuħija. Il-Perit ta’ Robben Island tfakkar il-politika tal-apartheid fl-Afrika t’Isfel filwaqt li l-Gżira ta’ Saint-Gabriel tpinġi l-utopija li forsi kulħadd ifittex u ma jsibx. Il-kittieb jinqeda bil karattri biex jikkummenta dwar l-ambjent, l-ewtanasja kif ukoll b’mod ftit moħbi d-diskussjoni dwar iċ ċelibat. Id-deskrizzjonijiet li jambjentaw l-istorja jfakkru l-imħabba tal-kittieb għall-ambjent rurali. B’danakollu jixref ’il barra billi jsawwar il-maġġoranza tal-istejjer tiegħu f’pajjiżi diversi, b’deskrizzjonijiet ħajja li joħduk fihom. Il-kitba hija waħda sempliċi u mexxejja bil-għan li sservi wkoll ta’ mogħdija taż-żmien għal min jaqra dan il-ktieb.” Tarċisju Zarb dwar in-novelli ta’ Reno Borg Ixtri l-ktieb Kite Group Novelli 2026 Reno Borg Reno Borg twieled Birkirkara fl-1953 u attenda l-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern. Fl-1975 iggradwa b’Baċellerat fl-Istorja u sentejn wara kiseb il-Maġisteru fl-istess suġġett. Wara ggradwa b’Dottorat fil-liġi. Ħadem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u bħala avukat fl-Uffiċċju tal-Avukat tar-Repubblika, u fil-prattika privata bħala avukat għal tlieta u tletin sena. Kien kap eżekuttiv ta’ diversi entitajiet pubbliċi u oħrajn. Ħadem fil-qasam diplomatiku bħala Kap tad-Delegazzjoni Maltija għas-CSCE (OSCE) u serva bħala membru tal-Bord tal-Awtorità tax-Xandir għal tmintax-il sena. Waqqaf l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji u nħatar bħala l-ewwel Arbitru fejn serva t-terminu kollu tal-ħatra. Kien artikolista ta’ diversi gazzetti lokali, ippubblika l-ktieb Malta u l-Faxxiżmu u tella’ numru kbir ta’ programmi għar-radju ta’ xeħta storika. Għallem f’diversi fakultajiet fl-Università ta’ Malta u bħalissa jgħallem il-liġi tal-proċedura ċivili fil-Fakultà tal-Liġi fl-istess Università. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us