Skip to content
Il-Każin tal-Imqarbin

Drammi

Il-Każin tal-Imqarbin

Hemm leħen qed jagħti direzzjoni lejn il-Każin. Ejja waħdek. Iċċekkja li ħadd mhu qed isegwik. Doqq il-qanpiena. U xħin tidħol se tolqtok ir-riħa ta’ nies bħalek.

Wasalt oħt, fil-Każin tal-Imqarbin. Hawnhekk id-dinja ta’ barra ma teżistix. L-irġiel jiżfnu. L-irġiel meħlusin. Jitbewsu. Jittantaw ‘il xulxin. U l-irġiel iħobbu ‘l-irġiel. Sakemm darba waħda jasal il-virus.

U tieqaf il-mużika.

Ixtri l-ktieb
Saydon Studio
Drammi
2026

Luke Saydon

Luke huwa kompożitur, direttur tal-mużika u kittieb kwir. Ix-xogħlijiet tiegħu ttellgħu ma’ organizzazzjonijiet prestiġjużi fosthom il-British Youth Musical Theatre, ir-Royal Opera House, ir-Royal Albert Hall, The Old Vic, il-V&A Museum, il-Museum of London, kif ukoll il-British Library. Il-produzzjonijiet lokali tiegħu ta' HUSH, It-Teatru tal-Miskin u Il-Każin tal-Imqarbin kollha rebħu il-premju għall-arti għall-Aqwa Produzzjoni Teatrali. Luke innifsu rebaħ il-premju għall-Aqwa Prattikant Kreattiv, kif ukoll l-unur tal-Persuna tas-Sena minn The Times of Malta.

L-ewwel publikazzjoni tiegħu - It-Teatru tal-Miskin - rebħet ukoll il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għad-Drama.

Proġetti riċenti jinkludu The Naughty Carriage on the Orphan Train (BYMT, Birmingham Hippodrome, Dundee Repertory Theatre), KOR KWIR (Saydon Studio, EuroPride 2023), AURA (Teatru Malta), My Way Home (Britten Theatre, RCM), u Dreams of Freedom (Royal Albert Hall).
 
Luke huwa l-fundatur ta’ Saydon Studio, assoċjazzjoni teatrali li toħloq teatru mużikali ġdid fi ħdan komunitajiet differenti.
Il-Każin tal-Imqarbin huwa t-tieni pubblikazzjoni tiegħu.

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.