Skip to content
Is-sajf mhux għat-tfal

Novelli

Is-sajf mhux għat-tfal

DWAR IL-KTIEB KOTBA TAL-ISTESS AWTUR SILTA

“Is-sajf mhux għalina. Is-sajf għat-tfal.”

Bogħod minn dawk il-ġranet ma jispiċċaw qatt, il-baħar u t-togħmiet ħelwa tal-ġelati, hemm dinj’oħra ta’ stejjer jikwu taħt xemx tisreġ.

Is-sajf ta’ bejn dal-paġni jokrob, sieket, ineżża’, idellek, jaħxi, itebba’ u jħammeġ. Das-sajf iġiegħlek tiskopri l-isfumaturi differenti fik innifsek, ir-relazzjonijiet u s-sesswalitajiet li lest taffaċċja, u l-oħrajn li forsi tidfen ġor-ramel.

Dan is-sajf ta’ Kirkop, mimli logħob, ma jgħumx fl-abjad u l-iswed, imma fil-griż ta’ bejniethom.

Ixtri l-ktieb
Merlin Publishers
Novelli
2026

Lon Kirkop

Lon Kirkop huwa artist multidixxiplinarju u awtur. L-aħħar pubblikazzjoni tiegħu Is-Sajf mhux għat-tfal (Merlin Publishers) hi antoloġija ta’ ħdax-il storja kontemporanja fejn fihom jesplora temi bħall-identità, is-sesswalità, it-tfulija u n-nostalġija li jġib miegħu s-sajf.

Fl-2023 Lon ġie rikonoxxut bil-premju tal-Aħjar Awtur Emerġenti waqt il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, fejn fl-istess sena rebaħ ukoll il-Kategorija tad-Drammi bil-ktieb Fil-Ħajja li Jmiss u Drammi Oħra tat-Triq (Merlin Publishers). Ir-rumanz debutt ta’ Lon Mitt Elf Isem Ieħor: HappyVeganGirlJules(Merlin Publishers) rebaħ l-edizzjoni tal-2020 tal-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ (Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenzija Żgħażagħ) u fl-2025 Lon reġa' rebaħ l-istess konkors letterarju bir-rumanz Clone. Fl-2024 Lon ġie rikonoxxut bit-TOYP Cultural Achievement Award (JCI Malta) għax-xogħol letterarju u mużikali tiegħu.

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.