Home / National Book Prize / Is-sħaħar ta’ Petut 4: Minċott ħajt aħdar Children’s Literature (ages 8-12) Is-sħaħar ta’ Petut 4: Minċott ħajt aħdar Merħba fid-dinja tas-sħaħar tajbin u kattivi! L-avventura ta’ Pinzett u Sam tintemm hawn! Il-maġija tkompli tbaqbaq u t-tensjoni ma tonqosx fin-Naxxar fejn tgħix iċ-ċkejkna Pinzett. Wara li l-Lupu l-Aħmar ikun ġarr miegħu ruxxmata tfal, in-Nanna Kanna, flimkien ma’ xi sħaħar u landiera oħra, jiltaqgħu biex ifasslu pjan. U ma jfasslux wieħed, imma tnejn! F’din avventura se ssir taf jekk is-Sħaħar Ta’ Petut jirnexxilhomx isalvaw lit-tfal mill-għar tal-Lupu u jekk jirnexxilhomx isibu rkaptu ta’ Minċott, is-saħħara l-kattiva. Se ssir taf ukoll xi jsir minn Rebus Totall. U l-minċott l-aħdar kif jidħol fl-istorja? Ixtri l-ktieb Merlin Publishers Children’s Literature (ages 8-12) 2026 Clare Azzopardi, Deandra Scicluna (ill.) Clare Azzopardi tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed timxi jew tittanta lil Żdruċċlu. Għallmet il-Letteratura Maltija għal 24 sena u għal dawn l-aħħar tmien snin kienet ukoll il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u numru ta’ kitbiet tagħha fosthom Kulħadd ħalla isem warajh u Castillo ġew maqluba f’lingwi oħra bħall-Ingliż, it-Taljan, l-Għarbi, is-Sloven, l-Ungeriż u l-Kroat. Clare Azzopardi ħadmet f’ħafna għaqdiet volontarji fosthom Inizjamed, L-Akkademja tal-Malti, PEN Malta, MEIA u Fondazzjoni HELA. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us