Skip to content
Ix-xita tinżel rasha ‘l isfel

Poeżiji

Ix-xita tinżel rasha ‘l isfel

“Lix-xita staqsejtha:

Kif ilek taqa’ daqshekk
u tibqa’ tnibbet?

U hi għannqitni magħha,
f’weraq ta’ sħab.”

Dan ix-xogħol ġdid ta’ Grech jesplora l-vulnerabbiltà, il-fraġilità, l-imħabba u t-telfa tal-imħabba lejh innifsu, lejn l-oħrajn u kif in-natura tgħinu jerġa’ jsib l-għeruq.

Wara s-suċċess ta’ kollox jeħel magħna, xogħol ġdid li jixħet dawl fuq il-maturità artistika tal-awtur.

Ixtri l-ktieb
Merlin Publishers
Poeżiji
2026

Francesco Grech

Francesco Grech huwa artist multidixxiplinarju u poeta Għawdxi. Il-kitba tiegħu tesplora l-memorja, il-post, il-ġisem u dak li jibqa’ — fina, bejnietna u fil-pajsaġġ. Huwa l-awtur ta’ Kollox Jeħel Magħna (2022) u ix-xita tinżel rasha ’l isfel (2025), ippubblikati minn Merlin Publishers. Il-kitba u x-xogħol tiegħu dehru u ġew ippreżentati f’Malta u lil hinn minnha.

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.