Home / National Book Prize / Kalzetti u furfiċetti Kotba għat-Tfal (etajiet 0-7) Kalzetti u furfiċetti L-ewwel picture book ta’ Leanne Ellul! Storja taparsi vera Fejn imorru l-kalzetti farrada? U l-furfiċetti mitlufa? Netta titlef ħafna kalzetti u furfiċetti. Darba fost l-oħrajn, tiġri xi ħaġa ta’ barra minn hawn u tiskopri x’jiġri minnhom kollha kollha … Ixtri l-ktieb Merlin Publishers Kotba għat-Tfal (etajiet 0-7) 2026 Leanne Ellul, Mark Scicluna (ill.) Leanne Ellul tgħallem il-Malti u tiggwida lill-istudenti fl-ewwel passi tagħhom fit-triq tal-kitba. Tikteb kemm poeżija kif ukoll proża u ħafna drabi tisfumahom. Tikteb textbooks u kotba oħra għat-tfal. Fil-kotba għaċ-ċkejknin, togħxa tikteb dwar ir-robots u l-kpiepel, il-fatati, il-kalzetti u l-furfiċetti ... kull ħaġa li tintilef u tinħeba jew, għall-kuntrarju, tispikka ħafna. Ittraduċiet numru ta’ xogħlijiet għall-Malti, u tikteb ukoll għat-teatru. Fl-2016 ġiet magħżula bħala l-awtriċi emerġenti tas-sena. Kitbet ukoll żewġ rumanzi għaż-żgħażagħ, gramma u be;n il-kmiem, li t-tnejn rebħu l-Konkors ta’ Letteratura għaż-Żgħażagħ, għaxar snin bogħod minn xulxin. L-ewwel ġabra ta’ poeżiji tagħha jisimha L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla. It-tieni ġabra tifforma parti mill-proġett interdixxiplinarju Bjuda, u l-aħħar waħda hija ktejjeb-manifest dwar is-siġar. Ellul tagħmel parti minn numru ta’ entitajiet li għandhom il-lingwa u l-kultura Maltija fil-qalba tagħhom, fosthom Inizjamed u Fondazzjoni HELA. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us