Home / National Book Prize / Luċjanu: Stejjer Veri Proża Fittizja Tradotta Luċjanu: Stejjer Veri Maqlub għall-Malti mill-Grieg. Ir-rumanzett Verae Historiae ta’ Luċjanu minn Samosata huwa meqjus minn bosta bħala wieħed mill-ewwel xogħlijiet ta’ fantaxjenza fl-istorja letterarja tal-Punent. Ixtri l-ktieb Klabb Kotba Maltin Proża Fittizja Tradotta 2026 Carmel Serracino, Andrew Debono Cauchi (trad.) Carmel Serracino huwa l-Kap tad-Dipartiment u lettur anzjan tal-Klassiċi fid-Dipartiment tal-Klassiċi u l-Arkeoloġija fl-Università ta’ Malta. Fost il-pubblikazzjonijiet l-iktar riċenti tiegħu nsibu, bħala editur, Ardet Amans: Essays in Honour of Horatio Caesar Roger Vella (2022), bħala awtur, Fabulae Melitae Mirabiles (2022), rakkonti ta’ leġġendi Maltin bil-lingwa Latina, u, flimkien ma’ Jordan Sant, Bawxati u Reati tal-Imperaturi Rumani tal-Ewwel Seklu WK (2024). Andrew Debono Cauchi studja l-Klassiċi u l-Filosofija fl-Università ta’ Malta u wara fl-Università ta’ Leiden. Bħalissa jaħdem fid-Dipartiment tal-Klassiċi u l-Arkeoloġija fl-Università ta’ Malta, fejn huwa wkoll kandidat dottorali b’riċerka dwar ir-reċensjoni tal-Klassiċi fir-Rinaxximent Taljan. Fost l-interessi tar-riċerka tiegħu hemm il-metafiżika Griega, ir-reċensjoni tal-Klassiċi, it-traduzzjoni, u l-poeżija. Huwa wkoll poeta, u l-ġabra tiegħu Ħlief Memorji u Dellijiet ġiet ippubblikata fl-2019. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us