Home / National Book Prize / Meta Ġej? Proża Fittizja Tradotta Meta Ġej? Lichtungen (2024) ta’ Iris Wolff, maqlub għall-Malti. Minn kull pajjiż li fih Kato kienet ivvjaġġat ma’ Tom, kienet bagħtitlu l-kartolini. Il-kitba korsiva tagħha kienet timla n-naħa ta’ wara ta’ dawn il-kartolini; meta kienet tasal fit-tarf tal-kartolina, kienet tkompli tikteb fit-truf tagħha, allura hu kellu kull darba jdawwar il-kartolini kif idur l-arloġġ, għal darba tnejn tlieta, sakemm isib il-firma tagħha. Kultant kienu jaslulu kartolini mingħajr ebda kitba fuqhom: ritratti ta’ canyons, statwi fuq funtani, fjuri, siġar u bosta drabi studji qabel wieħed ipinġi lil xi ħadd partikolari. Erba’ ġimgħat ilu, imbagħad, kienet waslitlu kartolina li kien fiha s-sentenza: “Meta ġej?” Ixtri l-ktieb Meta Ġej? Horizons Proża Fittizja Tradotta 2026 Alfred Scalpello (trad.) Alfred Scalpello huwa Lettur Anzjan tal-Ġermaniż kważi rtirat, bi 42 sena esperjenza fit-tagħlim tal-lingwa, il-letteratura u l-kultura Ġermaniża. Huwa wkoll traduttur u interpretu ta’ esperjenza, li jaħdem bejn il-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Malti, kif ukoll awtur ta’ sitt traduzzjonijiet ippubblikati mill-Ġermaniż għall-Ingliż u għall-Malti. Kompla l-istudji tiegħu fil-Goethe-Institut u fl-Università ta’ Munich, u bħalissa jgħallem it-traduzzjoni mill-Ġermaniż għall-Ingliż u mill-Ġermaniż għall-Malti lill-istudenti tad-Dipartiment tal-Ġermaniż fl-Università ta’ Malta. B’interess kbir fil-qari, fl-ivvjaġġar u fil-lingwi, Alfred ilu tul ħajtu jinteressa ruħu fit-tagħlim u fl-esplorazzjoni tal-lingwi. Hekk kif qed joqrob lejn l-irtirar, qed jerġa’ jiddedika ruħu għat-tagħlim tal-Ispanjol. L-interessi lingwistiċi wesgħin tiegħu, flimkien mal-esperjenza akkademika u professjonali estensiva tiegħu, jirriflettu impenn tul ħajtu lejn il-lingwi, il-letteratura u l-komunikazzjoni interkulturali. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us