Home / National Book Prize / Qarn Letteratura Mhux Fittizja Qarn Qarn huwa memoir ta’ transizzjoni, esej ta’ protesta, manifest poetiku, strateġija utopika, ittra ta’ mħabba. Romeo Roxman Gatt jiġi lura Malta għal żjara qasira, iżda aħbar ħażina ma tħallihx jitlaq lura Londra. Minflok, jibda vjaġġ ferm aktar impenjattiv, wieħed li minn dejjem kien jaf li xi darba għad ikollu jagħmel. Qarn huwa l-istorja tar-ritorn tiegħu lejn id-dar, il-lingwa u l-familja tiegħu, li jsir ukoll ir-ritorn lejh innifsu. Ixtri l-ktieb Aphroconfuso Letteratura Mhux Fittizja 2026 Romeo Roxman Gatt Romeo Roxman Gatt huwa artist multidixxiplinari bbażat bejn Malta u Londra, u jaħdem bl-iskultura, il-performance, il-fotografija, il-video, il-pittura, il-ħoss, u l-kitba. Għandu MA fil-Komunikazzjoni Viżiva mir-Royal College of Art u huwa l-kofundatur ta’ Rosa Kwir, l-ewwel gallerija u spazju ta’ proġetti b’fokus kwir f’Malta. Permezz tal-karozzi, l-isports, l-infrastruttura tat-toroq, il-materjali tal-kostruzzjoni, ir-reklamar, it-tabelli, u l-vernakular tal-internet, huwa jinvestiga l-kulturi viżivi u materjali li permezz tagħhom il-maskulinità tiġi mgħallma, inkorporata, u ppreżentata. Huwa ppreżenta xogħlu f’Haus der Kulturen der Welt (HKW), l-Istitut tal-Arti Kontemporanja (Londra), Creamcake, Harlesden High Street, Xxijra Hii, MICAS, Mimosa House, u fil-Biennali ta’ Malta u Venezja, fost oħrajn. NEED ANY HELP? GET IN TOUCH contact us