Skip to content
sitt ġrajjiet u naqra għala spiċċajna (kif spiċċajna)

Drammi

sitt ġrajjiet u naqra għala spiċċajna (kif spiċċajna)

Sitt ġrajjiet u naqra għala spiċċajna (kif spiċċajna) huwa test poetiku li ntiseġ bil-ħsieb li jittella’ bħala dramm. Il-ġrajjiet, indirizzati lejn żgħażagħ maturi u adulti, jesploraw il-kumplessità tas-soċjetà kontemporanja. Il-karattri ewlenin, Leslie u Ashley, jiddiskutu temi bħas-self-harm, il-mard u l-mewt, il-qerda tal-ambjent, it-tniġġis u l-gwerra. Minkejja li t-temi huma serji u profondi, jiġu ttrattati b’ton ironiku u kultant anke komiku.

Id-dramm ittella’ għall-ewwel darba bħala parti mill-Festival għat-Tfal u ż-Żgħażagħ ŻiguŻajg fl-2022.

Ixtri l-ktieb
Merlin Publishers
Drammi
2026

Leanne Ellul

Leanne Ellul tgħallem il-Malti u tiggwida lill-istudenti fl-ewwel passi tagħhom fit-triq tal-kitba. Tikteb kemm poeżija kif ukoll proża u ħafna drabi tisfumahom. Tikteb textbooks u kotba oħra għat-tfal. Fil-kotba għaċ-ċkejknin, togħxa tikteb dwar ir-robots u l-kpiepel, il-fatati, il-kalzetti u l-furfiċetti ... kull ħaġa li tintilef u tinħeba jew, għall-kuntrarju, tispikka ħafna. Ittraduċiet numru ta’ xogħlijiet għall-Malti, u tikteb ukoll għat-teatru. Fl-2016 ġiet magħżula bħala l-awtriċi emerġenti tas-sena. Kitbet ukoll żewġ rumanzi għaż-żgħażagħ, gramma u be;n il-kmiem, li t-tnejn rebħu l-Konkors ta’ Letteratura għaż-Żgħażagħ, għaxar snin bogħod minn xulxin. L-ewwel ġabra ta’ poeżiji tagħha jisimha L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla. It-tieni ġabra tifforma parti mill-proġett interdixxiplinarju Bjuda, u l-aħħar waħda hija ktejjeb-manifest dwar is-siġar. Ellul tagħmel parti minn numru ta’ entitajiet li għandhom il-lingwa u l-kultura Maltija fil-qalba tagħhom, fosthom Inizjamed u Fondazzjoni HELA. www.leanneellelul.net

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.