Home / Programme / Ġenerożità, Imħabba, Kreattività, Kuntentizza u Rispett: ‘Ġikkur’ – Faraxa Publishing Ġenerożità, Imħabba, Kreattività, Kuntentizza u Rispett: ‘Ġikkur’ – Faraxa Publishing 25th March, 2021 2:00 PM - 3:00 PM [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=rTU6DZw9DYc[/embedyt] Fr Charlò Camilleri, lettur fit-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u jiddiskuti mal-awtur tas-sensiela ta’ kotba edukattivi Ġikkur, Cedric Chircop, dwar il-prattika meditattiva adattata għat-tfal u l-benifiċċju tal-meditazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni. Cedric Chircop huwa l-awtur ta’ żewġ kotba dwar Ġikkur, kreatura fantastika li tiġi biex tgħin tifel jimmaniġġja aħjar l-ansjetajiet tiegħu permezz ta’ vjaġġ mistiku. Il-picture books innovattivi Ġikkur- Nifs ‘il ġewwa u oħra’ il barra, immedita ħalli tikkalma u Ġikkur: Aħna lkoll Naffermaw u fil-Karnival mal-Indjani Nkantaw huma mmirati biex jgħinu lit-tfal li jbatu minn problemi ta’ ansjetà, stress, u rabja u jintroduċu lill-ġenituri u t-tfal għal tekniki ppruvati għall-immaniġġjar tal-istress fil-format ta’ stejjer li jindirizzaw il-maturità emozzjonali tat-tfal. Rev. Dr. Charlo Camilleri O. Carm studja l-Istorja tal-Arti, il-Filosofija u t-Teoloġija l-Università ta’ Malta, minn fein iggradwa b’B.A fl-Arti (1997) u t-Teoloġija Sagra (2000). Kompla jistudja fl-Università Pontifika Gregorjana f’Ruma, minn fein ġab id-Dottorat fit-Teoloġija Sagra (2007) b’teżi jisimha “Union with God as Transformation in Beauty: A Literary-Spiritual Analysis of the Colloquies of Santa Maria Maddalena de Pazzi (1566-1607)”. Bħalissa jifforma parti mit-tim tad-Dipartiment tat-Teoloġija Morali fl-Università, fejn jillekċerja dwar it-Teoloġija Spiritwali, il-Ħajja Kkonsagrata u l-Ġeneru. Huwa membru fl-Akkademja tal-Malti. Ix-xogħol tiegħu deher f’bosta rivisti segwiti u bħala kotba, fosthom dwar il-mistiċiżmu ta’ Santa M. Madalena de Pazzi, u l-ewwel ġabra ta’ poeżiji, Tattwaġġi. SHARE POST Similar Posts ELLA (ETAJIET 12–16): XOW TEATRALI 🇲🇹 8th November, 2026 6:00 PM - 6:45 PM Read More ELLA (ETAJIET 12–16): XOW TEATRALI 🇲🇹 7th November, 2026 6:00 PM - 6:45 PM Read More ELLA (ETAJIET 12–16): XOW TEATRALI 🇲🇹 4th November, 2026 6:00 PM - 6:45 PM Read More Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 – L-Għoti tal-Premjijiet – KNK 🇲🇹 8th November, 2026 6:00 PM - 7:30 PM Read More Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fuq il-Wikipedija – Wikimedia Community Malta 🇲🇹🇬🇧 8th November, 2026 5:30 PM - 6:30 PM Read More Niltaqgħu mal-Awturi – Lorraine Galea u Darren Agius – Pandora Books 🇲🇹 8th November, 2026 4:00 PM - 5:00 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi – Karen Bugeja – Pandora Books 🇲🇹 8th November, 2026 3:00 PM - 4:00 PM Read More Niltaqgħu mal-Awtriċi – Claudette Fava – Pandora Books 🇲🇹 8th November, 2026 11:00 AM - 12:00 PM Read More Lejla ma’ Ian Rankin – KNK 🇬🇧 7th November, 2026 7:00 PM - 8:00 PM Read More