Home / Programme / Ir-rabta tal-filosofija mat-teknoloġija u l-intelliġenza artifiċjali – Id-Dipartiment tal-Filosofija Ir-rabta tal-filosofija mat-teknoloġija u l-intelliġenza artifiċjali – Id-Dipartiment tal-Filosofija 25th March, 2021 1:00 PM - 2:00 PM [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=YDGu2WGPr5Q[/embedyt] L-inkjesta filosofika għandha x’taqsam mat-teknoloġija, kemm dik sempliċi tal-kitba u anki dik kumplessa b’teknoloġiji ġodda. Lilhinn mill-marketing leqqieni u għammiexi, il-ħsieb kritiku uman jibqa’ neċessarju biex nagħmlu sens mill-informazzjoni, it-teknoloġija, u kunċetti bħal ‘intelliġenza’. L-interazzjoni umana mat-teknoloġija, minn apps varji sal-midja soċjali, il-klassijiet interattivi u r-robots, se jkunu fiċ-ċentru tal-konverżazzjoni ma’ Enrico Panai (l-Università ta’ Sassari), li huwa speċjalist fl-interazzjoni umana mat-teknoloġija u l-awtur ta’ Skip! The Art of Avoiding Projects. Panai se jkun qed jitkellem ma’ Francois Zammit. Dr Enrico Panai speċjalista fil-Filosofija u l-Etika tal-Informazzjoni u l-Intelliġenza Artifiċjali, u konsulent lil kumpaniji kbar fis-settur tal-IT. Fil-pubblikazzjoni tiegħu ‘Skip!’ jibni qafas ekoloġiku innovattiv sabiex ma jsirux jew jinqabżu ċerti proġetti. L-eżempji u l-ġustifikazzjonijiet iġibhom minn skoperti xjentifiċi u l-ħajja ta’ kuljum. Jean-Paul De Lucca huwa Lettur Anzjan fid-Dipartiment tal-Filosofija fl-Università ta’ Malta. L-oqsma tal-ispeċjalizzazzjoni tiegħu jinkludu l-filosofija u l-istorja tal-ideat taż-żmien modern bikri, il-filosofija politika u l-filosofija tal-liġi. Francois Zammit jaħdem fis-settur edukattiv u bħalissa qed jagħmel dottorat mad-Dipartiment tal-Filosofija fl-Università ta’ Malta. Ir-riċerka tiegħu tħares lejn is-sħubija bejn l-etiku u l-politiku fl-istrutturi tal-istituzzjonijiet ekonomiċi u politiċi. Barra minn hekk, ħadem fuq il-fehim bejn it-teknoloġija u l-umanità, u fuq id-definizzjoni mill-ġdid ta’ dak li hu uman. Did-diskussjoni hi organizzata mid-Dipartiment tal-Filosofija fl-Università ta’ Malta bil-għajnuna tas-Soċjetà tal-Istudenti tal-Filosofija (SPS), u se tkun bl-Ingliż. SHARE POST Similar Posts Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fuq il-Wikipedija – Wikimedia Community Malta 🇲🇹🇬🇧 8th November, 2026 5:30 PM - 6:30 PM Read More ‘The Book of Valletta’: Stejjer Minn Belt Kollha Kuntrasti – Comma Press u KNK 🇬🇧 8th November, 2026 4:00 PM - 5:00 PM Read More Sessjonijiet Inklussivi ta’ Rakkontar ta’ Stejjer fil-Kamra Sensorja – Inspire Malta 🇬🇧 8th November, 2026 10:30 AM - 11:10 AM Read More Ix-xogħol kbir ta’ Ġużè Gatt bħala storiku tal-poplu 🇲🇹 8th November, 2026 10:00 AM - 11:30 AM Read More Sfrattu Kuratorjali: Esebizzjoni l-MICAS – Sentejn Wara – MICAS 🇬🇧🇲🇹 8th November, 2026 10:00 AM - 11:00 AM Read More Il-Mużewijiet Jgħidu Tagħhom: Mill-Kollezzjonijiet għall-Kotba – ICOM-Malta 🇬🇧🇲🇹 7th November, 2026 3:00 PM - 4:30 PM Read More Għaliex Għandna Bżonn Mitoloġija Ġdida Biex Insalvaw il-Futur Tagħna – Jens Budinger 🇬🇧 7th November, 2026 2:30 PM - 3:30 PM Read More ‘A New Life Force’: L-Urġenza u l-Vitalità fil-Pittura Kontemporanja – MICAS 🇬🇧 7th November, 2026 10:00 AM - 11:00 AM Read More Libreriji bil-Kotba Maltin fl-Ambaxxati Maltin ’L Hinn minn Xtutna – Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej 🇲🇹 7th November, 2026 9:00 AM - 10:00 AM Read More