Skip to content

Għaliex Għandna Bżonn Mitoloġija Ġdida Biex Insalvaw il-Futur Tagħna – Jens Budinger 🇬🇧

7th November, 2026
2:30 PM - 3:30 PM
Għaliex Għandna Bżonn Mitoloġija Ġdida Biex Insalvaw il-Futur Tagħna – Jens Budinger 🇬🇧

Kull ċiviltà kbira tfasslet mill-mitoloġija tagħha — arkitettura narrattiva li tagħti lin-nies tagħha kumpass morali, sens ta’ skop, u raġuni biex tippersevera… Mill-eroj epiċi ta’ Żmien il-Bronż sal-kompassjoni divina ta’ Żmien il-Ħadid, dawn l-istejjer xogħolhom ma kienx biss li jagħtu gost, imma anki kienu jiggwidaw lill-umanità biex tifhem lilha nnifisha. L-Illuminiżmu ta’ Voltaire wiegħed id-dawl iżda eventwalment tana wkoll in-niħiliżmu ta’ Nietzsche. Intant, ix-xjenza qatlet lil Alla iżda m’offritilna xejn biex timla l-vojt li tħalla. Il-kultura popolari tal-lum belgħet il-mitoloġiji tagħha stess, u tat sura ġdida lil iġsma qodma, u sejħet lil dan kollu bħala progress. U fin-nuqqas ta’ riga morali u spiritwali komuni, spiċċajna kulħadd jippontifika lejn l-ieħor, b’medjokrità ċiklika u bi kriżi tat-tifsir fuq livell ta’ ċiviltà. Dil-lekċer se twassal l-argument li bħalissa ninsabu f’kisra mitoloġika importanti, u li dak li għandna quddiemna ma jistax jissawwar billi nirriċiklaw il-qadim. Il-ġejjieni jrid jinbena mill-qiegħ, irid isorr fih l-għarfien li xi darba se jintemm ukoll, u jrid isib għeruqu mhux fl-awtorità divina imma fl-għaġna kumplessa tal-essri uman li ġġorr magħha prezz ukoll. Dil-mitoloġija ġdida mhux se tagħtik eroj biex tikkuppjah, iżda meta li meta tħares lejha ma tkunx tista’ taħrabha.

Post: L-Atelier

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.