Home / Programme / Edizzjoni ġdida bil-Malti ta’ ‘La Divina Commedia’ – IIC u Midsea Books Edizzjoni ġdida bil-Malti ta’ ‘La Divina Commedia’ – IIC u Midsea Books 14th November, 2020 5:00 PM - 5:45 PM Preżentazzjoni tal-edizzjoni ġdida bil-Malti ta’ La Divina Commedia li se tkun ippubblikata fl-2021 biex jitfakkru s-700 sena mill-mewt ta’ Dante. Il-konverżazzjoni se tinkludi lit-traduttur, Alfred Palma, lill-pubblikatur, Joseph Mizzi, lil Richard Muscat mill-Fondazzjoni AŻAD u lil Massimo Sarti mill-Istituto Italiano di Cultura. Dan l-avveniment se jkun bit-Taljan u qed jitħejja mill-Istituto Italiano di Cultura b’ħidma mal-Assoċjazzjoni Vitaliano Brancati. L-Istituto Italiano di Cultura twaqqaf fi Frar tal-1971 u huwa wkoll is-Sezzjoni Kulturali tal-Ambaxxata Taljana f’Malta. L-Istituto huwa simbolu tal-kultura Taljana f’Malta, u l-għan ewlieni tiegħu huwa li jxerred dil-kultura u l-arti tagħha. Dan jagħmlu billi jorganizza attivitajiet kulturali, imexxi librerija li minnha jistgħu jissellfu l-kotba l-membri tagħha, u jikkollabora fil-qasam tal-edukazzjoni. Ħa ħsieb ukoll li jistabbilixxi xibka ta’ kuntatti bejn l-Università ta’ Malta u studji ta’ riċerka f’universitajiet Taljani, organizzazzjonijiet tal-istat u istituzzjonijiet oħra. L-Istituto jippromwovi avvenimenti bħal eżebizzjonijiet, kunċerti, drammi u konferenzi li jkunu miftuħa għal dawk kollha interessati fil-kultura u l-ħajja Taljana. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 – L-Għoti tal-Premjijiet – KNK 🇲🇹 8th November, 2026 6:00 PM - 7:30 PM Read More Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fuq il-Wikipedija – Wikimedia Community Malta 🇲🇹🇬🇧 8th November, 2026 5:30 PM - 6:30 PM Read More ‘The Book of Valletta’: Stejjer Minn Belt Kollha Kuntrasti – Comma Press u KNK 🇬🇧 8th November, 2026 4:00 PM - 5:00 PM Read More Ix-xogħol kbir ta’ Ġużè Gatt bħala storiku tal-poplu 🇲🇹 8th November, 2026 10:00 AM - 11:30 AM Read More Sfrattu Kuratorjali: Esebizzjoni l-MICAS – Sentejn Wara – MICAS 🇬🇧🇲🇹 8th November, 2026 10:00 AM - 11:00 AM Read More Tnedija ta’ ‘Ittri lil Poeta Żagħżugħa’ ta’ Jasmine Bajada – Aphroconfuso 🇲🇹 7th November, 2026 5:30 PM - 6:30 PM Read More Il-Mużewijiet Jgħidu Tagħhom: Mill-Kollezzjonijiet għall-Kotba – ICOM-Malta 🇬🇧🇲🇹 7th November, 2026 3:00 PM - 4:30 PM Read More Għaliex Għandna Bżonn Mitoloġija Ġdida Biex Insalvaw il-Futur Tagħna – Jens Budinger 🇬🇧 7th November, 2026 2:30 PM - 3:30 PM Read More ‘A New Life Force’: L-Urġenza u l-Vitalità fil-Pittura Kontemporanja – MICAS 🇬🇧 7th November, 2026 10:00 AM - 11:00 AM Read More