Home / News / Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! Back to News Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News • Festivals • Other 14th May, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir qed jiżvela l-logo u t-tema li se jiggwidawna fl-organizzazzjoni ta’ edizzjoni oħra tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li dis-sena se ssir bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru fl-MFCC, Ta’ Qali. Xprunati u ispirati mir-rebranding li għadna kif għamilna ftit tal-ġimgħat ilu, il-KNK ħa direzzjoni kuraġġuża għall-edizzjoni 2025 tal-akbar avveniment letterarju f’Malta. Dis-sena t-tema ewlenija tal-Festival hi l-bidla trasformattiva… dan jidher fid-disinn tal-logo u anki tat-tema: nikteb mill-ġdid. It-tema ntgħażlet għax, litteralment, kull traġitt letterarju jinvolvi proċess matamorfiku, kemm jekk il-ħajja tinbidel fi kliem u kemm jekk xogħol letterarju jieħu l-ħajja f’xi forma artistika oħra. Kull ktieb jesprimi b’xi mod jew ieħor bidla fil-qagħda jew fil-ħsieb – sija jekk iżommok miegħu minħabba l-pass mgħaġġel ta’ narrattiva tensa, sija jekk jitħarrek bil-qies fid-deskrizzjoni ta’ mument mill-istorja (mument intimu jew pubbliku), sija jekk jieħdok fi vjaġġ f’ġeneri differenti li jqanqlu fik espressjonijiet differenti – dal-vjaġġ jgħaddik minn paġna għal oħra sakemm tasal fl-aħħar waħda. Huwa prorpju das-sens ta’ tiġdid dinamiku li janima l-identità tal-Festival ta’ dis-sena. “Avveniment bħall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għandu l-privileġġ li jkun appuntament ewlieni fil-kalendarju kulturali tal-pajjiż, iżda jgħabbina wkoll br-responsabbiltà li nassiguraw li kull edizzjoni tinħass ġdida u friska”, ikkummenta l-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri. “Irridu nibqgħu nippjanaw b’mod imġedded – kemm mil-lat ta’ kontenut u anki fil-preżentazzjoni – u dan hu l-messaġġ b’saħħtu li rridu nwasslu bit-tema ‘nikteb mill-ġdid’ li se sserrep fl-identità viżiva ta’ dis-sena”, qal Camilleri. Dis-sena l-KNK qed jaħdem ma’ Angele Azzopardi minn UNGL Studio, li se tipprovdilna disinn li jolqot u li se jiddistingwi ruħu minn dawk ta’ edizzjonijiet oħra. Il-versatitilità tal-logo se tgħinna nużawh b’modi differenti tul firxa ta’ inizjattivi tal-marketing tal-Festival, filwaqt li l-palette ta’ tmien kuluri distinti se tkun qed tagħti l-ħajja lil din l-identità. Barra minn hekk, il-vija artistika li ħadna tgħinna nkunu flessibbli u dinamiċi bit-tisħibiet viżivi ppjanati li jaqblu mad-disinn modulari għal dis-sena. “Ix-xogħol ta’ Azzopardi laqat eżatt il-likk bil-karattru minimalista u flessibbli tiegħu, u allura nista’ ngħid li għandna ħafna biex naħdmu”, irrimarka Camilleri. “Aħna u nibnu l-programm tal-attivitajiet ħerqanin naraw kif se jiġi jidher b’dawn il-kuluri u l-karattru”, temm jgħid.Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, u dis-sena se jsir bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru l-MFCC, Ta’ Qali. Żomm ruħek aġġornat billi żżur ktieb.org.mt jew tfittex nbc_malta fuw Instagram jew The Malta Book Festival fuq Facebook. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More Sejħa Għal Sottomissjonijiet Minn Illustraturi: Esebixxi L-Illustrazzjoni Tiegħek Fl-Istand Tal-KNK Waqt Il-London Book Fair (10-12 Ta’ Marzu) News 1st December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Il-KNK Jilqa’ Żewġ Membri Ġodda fit-Tim Tiegħu News 31st October, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
Sejħa Għal Sottomissjonijiet Minn Illustraturi: Esebixxi L-Illustrazzjoni Tiegħek Fl-Istand Tal-KNK Waqt Il-London Book Fair (10-12 Ta’ Marzu) News 1st December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More