Home / News / Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Back to News Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jerġa’ jistedinkom għal sessjoni oħra b’Zoom mal-aġent letterarju mir-Renju Unit u l-ambaxxatur letterarju għal Malta Simon Trewin, nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Frar fl-16:00. Ir-residenzi tal-kitba u l-workshops internazzjonali bosta drabi jservu bħala opportunità li tista’ tibdel għall-pożittiv ir-rotta tas-suċċess. Minkejja dan, taf tkun sfida biex dak li jkun isib ir-residenzi li jgħoddu għalih u jieħu li jista’ minnhom, lil hinn mill-entużjasmu inizjali. Dis-sessjoni se tkun waħda prattika u li tmur dirett għas-suġġett, u fiha l-aġent letterarju u konsulent tal-pubblikazzjoni Simon Trewin se jipprova jnaqqi u jfiehem il-proċess sħiħ ta’ kif wieħed japplika għar-residenzi u l-workshops barra minn Malta. Huwa u jixrob mill-esperjenzi tiegħu f’residenzi f’Ġerusalemm, Chennai u Istanbul, Simon se jiggwida lill-parteċipanti biex jaraw kif opportunitajiet bħal dawn jistgħu jservuhom u jaħdmu għalihom – mill-fażi li fiha tfittex għal xi programm, sal-fażi li fiha tipprepara applikazzjoni b’saħħitha u tilħaq l-aspettazzjonijiet tiegħek, biex finalment tittrasforma residenza f’xi ħaġa ġenwinament utli għall-karriera tiegħek bħala kittieb jew kittieba. Dis-sessjoni tkopri: Il-fejn u l-kif biex issib residenzi u workshops Kif tiddeċiedi opportunità tgħoddx għalik jew le (u kif tevita xi wħud) Xi jkunu qed ifittxu fl-applikanti l-bordijiet li jagħżluhom Kif tipprepara l-applikazzjoni tiegħek b’materjal effettiv X’għandek tistenna jekk jagħżluk – u kif tieħu li tista’ mill-esperjenza tiegħek Xi żbalji, fehim u diżappunti komuni F’dis-sessjoni se jingħataw ħjiliet prattiċi, formoli tal-applikazzjoni ta’ vera, u riżorsi online ikkurati, sabiex il-parteċipanti jkollhom għodda neċessarji li jużaw ’il quddiem. Jissemmew ukoll x’tip ta’ għajnuniet joffri l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, fosthom il-gwidi, il-pariri u l-fondi disponibbli għall-kittieba Maltin li jgħinuhom japplikaw fi pjattaformi internazzjonali u jibnu relazzjonijiet b’saħħithom ma’ professjonisti barranin bħalhom. L-għan hu li dis-sessjoni tkun ċara, immexxija mill-esperjenza, u ddisinjata għall-kittieba li jridu jimxu lil hinn mill-aspirazzjoni vaga tal-bidu lejn fehim b’saħħtu dwar kif l-opportunitajiet internazzjoni jaħdmu – fil-prattika u mhux teorija biss. Dis-sessjoni b’xejn, iżda trid tirreġistra għaliha. Min hu interessat jista’ jirreġistra minn Submittable hawnhekk. SHARE POST Related Articles Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More