Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff – kittieba rebbieħa ta’ bosta premji letterarji, poeta, xandara u edukatriċi – li ħallietna lbieraħ l-10 ta’ Frar fl-età ta’ 95 sena. Fost uħud mill-aħjar xogħlijiet tagħha nsemmu Sireni u Serenati (2004) dwar il-memorji tagħha tat-Tieni Gwerra Dinjija, u li kien rebbaħha l-premju għall-Aħjar Rumanz mhux Fittizju tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Eventwalment, il-ktieb ixxandar f’serje għar-radju, u nqaleb għall-Ingliż fl-2016 minn Alfred Palma, li inċidentalment ħalliena wkoll ftit tal-ġimgħat ilu. Ir-rumanz storiku tagħha Luciano tal-2016 kien inħareġ ukoll bl-Ingliż, traduzzjoni ta’ Rose Marie Caruana fl-2019. Brockdorff kellha repertorju impressjonanti ta’ kitba ta’ novelli, u sa tmiem ħajjitha kienet laħqet kitbet mat-300 storja ppubblikati f’diversi kotba, bl-aħħar ġabra ta’ novelli tkun Taħt il-Ħarruba u stejjer oħra, ippubblikat minn Horizons fl-2023. Madankollu, kien fl-aspett tax-xandir li Brockdorff bdiet trawwem it-talent tagħha għar-rakkuntar tal-istejjer. Ħadmet fir-Rediffusion fil-ħamsijiet u s-sittinijiet, u fihom kitbet u pproduċiet għadd ta’ programmi, kif ukoll drammi radjufoniċi bħal Il-Fqajjar t’Assisi. Brockdorff serviet bħala Membru fil-Kunsill tal-Akkademja tal-Malti bejn l-2004 u l-2005, u baqgħet membru għal ħajjitha kollha. Fl-2020 ġiet meqjuma bil-Midalja tad-Deheb fis-serata ta’ Ġieħ l-Akkademja tal-Malti għall-isforsi tagħha biex tippromwovi u tmexxi l-letteratura Maltija. Serviet anki bħala l-President tal-Għaqda Letterarja Maltija, u kienet ukoll Membru tal-Għaqda Poeti Maltin. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jibgħat l-għomor tiegħu lill-familja, ħbieb u qarrejja ta’ Lina Brockdorff. SHARE POST Related Articles L-awtriċi rinomata Spanjola Esther García Llovet mistiedna speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 1st September, 2026 Read More Jitħabbru l-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 News 25th August, 2026 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2026 Fondi 17th July, 2026 Read More Ħareġ is-46 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th July, 2026 Read More Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More view all similar news
L-awtriċi rinomata Spanjola Esther García Llovet mistiedna speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 1st September, 2026 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More