Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News • Other 20th December, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jinsab imnikket bil-mewt ta’ Alfred Palma, kittieb u traduttur prominenti fix-xena letterarja Maltija. Palma qaleb bosta mix-xogħlijiet ta’ Shakespeare għall-Malti, u fl-2021 ippubblika t-traduzzjoni tad-Divina Commedia (Klabb Kotba Maltin) ta’ Dante. Għal dan ix-xogħol, li ħadlu ħafna snin, tfaħħar kemm mill-kritiċi letterarji, mill-qarrejja, u anki mill-aġġudikanti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Fost unuri oħra, Palma rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 6 darbiet, l-aktar għat-traduzzjonijiet tiegħu, fosthom il-Premju Speċjali għall-Kontribut Siewi fil-Letteratura. Fl-2009 ngħata Ġieħ ir-Repubblika għall-kontribut tiegħu fil-qasam letterarju, u sentejn ilu ngħata t-titlu ta’ Cavaliere dell’Ordine della Stella d’Italia, digriet iffirmat mill-President Taljan Sergio Mattarella. Il-KNK iwassal l-għomor tiegħu lill-familjari, ħbieb, u qarrejja ta’ Alfred Palma. Ritratt ta’ Yvonne Aguis minn Meta. SHARE POST Related Articles Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2026 Fondi 17th July, 2026 Read More Ħareġ is-46 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th July, 2026 Read More Il-KNK Isellem il-Memorja tal-Aġent Ingliż u l-Ambaxxatur Letterarju għal Malta Simon Trewin News 2nd July, 2026 Read More Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More view all similar news
Il-KNK Isellem il-Memorja tal-Aġent Ingliż u l-Ambaxxatur Letterarju għal Malta Simon Trewin News 2nd July, 2026 Read More
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More
ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More