
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed joħroġ il-lista tal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 għal kotba ppubblikati fl-2017. Il-Bord tal-Aġġudikazzjoni għarraf lill-Kunsill bl-għażla tal-finalisti ilbieraħ waqt laqgħa formali fl-uffiċju tal-KNK. Il-proċess tal-għażla beda fil-11 ta’ Mejju b’total ta’ 172 sottomissjoni. Erbgħin minnhom ġew magħżula bħala finalisti – 25 għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u 15 għall-Premju Terramaxka. Fost il-finalisti fil-kategorija ta’ rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż hemm l-ewwel xogħlijiet fil-proża ta’ żewġ poeti lokali magħrufa: Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa ta’ Nadia Mifsud u Tħabbat xtaqtek ta’ Gioele Galea.
Il-Bord tal-Aġġudikazzjoni se jkun qed jagħżel ir-rebbieħa tal-Premju tal-Ktieb għal kull kategorija separata, kemm fil-letteratura għall-adulti (Premju Nazzjonali tal-Ktieb) kif ukoll fil-letteratura għat-tfal (Premju Terramaxka). Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka se jitħabbru nhar it-Tlieta 6 ta’ Novembru fil-ftuħ uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 (Sir Temi Zammit Hall, MCC, il-Belt Valletta). Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb se jitħabbru fit-30 ta’ Novembru waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet, li se ssir fil-Berġa ta’ Kastilja taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru.
Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018: Finalisti
Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż
Titlu tal-Ktieb | Awtur/Editur | Pubblikatur |
---|---|---|
Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa. | Nadia Mifsud | Merlin Publishers |
Kapitali | Wayne Flask | Merlin Publishers |
Rokit | Loranne Vella | Merlin Publishers |
Love in the time of the Inquisition | Lou Drofenik | Horizons |
It-Tawmaturgu: il-ħmura ta' filgħaxija | Mark Anthony Fenech | Horizons |
Tħabbat xtaqtek: djarju mill-eremitaġġ | Gioele Galea | Horizons |
It-Taàr: Distopija, l-ewwel ktieb | John A. Bonello | Serafin Books |
L-Iżvijati | Walid Nabhan | Klabb Kotba Maltin |
Poeżiji bil-Malti u bl-Ingliż
Titlu tal-Ktieb | Awtur/Editur | Pubblikatur |
---|---|---|
Ġenesi: poeżiji 2007 - 2016 | Achille Mizzi | Horizons |
Xewqat tal-Passa | John P. Portelli | Horizons |
Erbgħin Jum | Antoine Cassar | EDE Books |
Riċerka ta’ natura ġenerali
Titlu tal-Ktieb | Awtur/Editur | Pubblikatur |
---|---|---|
Woven Splendour: the Tapestries of the Conventual Church of the Knights of Malta | Cynthia de Giorgio | Midsea Books |
Birds of the Maltese Islands | Natalino Fenech | BDL |
Gozo and the Grand Tour | Thomas Freller | Midsea Books |
Kaxxa infernali: dizzjunarju tal-logħob tan-nar b'iktar minn 1200 terminu | Carlston Grima | Klabb Kotba Maltin |
Spiritual Direction with the Divine Milieu: Insights of Pierre Teilhard du Chardin | Mary Anne Sultana | |
Curtain Up! | John Xuereb | Midsea Books |
Riċerka bijografika u storjografika
Titlu tal-Ktieb | Awtur | Pubblikatur |
---|---|---|
L-istorja tal-Partit Laburista | Francis Galea | SKS Publishers |
Ritratti ta' tfuliti | Reno Muscat | Faraxa Publishing |
''Kollni kemm jien għalikom'': Il-ħajja mqanqla ta' Mikiel Gonzi u żminjietna (1885-1984) | Louis Cilia | Klabb Kotba Maltin |
A visual guide to the fortifications of Malta | Stephen C. Spiteri | BDL |
Minn fomm il-poplu | Guido Lanfranco | Klabb Kotba Maltin |
Il-Maltin: għemilhom, drawwiethom, ġrajjiethom: L-ewwel volum | Steve Borg | Klabb Kotba Maltin |
Sal-quċċata tal-Everest | Marco Cremona u Glen Calleja | Merlin Publishers |
Birżebbuġa...storja u kultura | Conrad D'Amato u Matthew Balzan | Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa |
Premju Terramaxka 2018: Finalisti
Xogħlijiet oriġinali: kotba għat-tfal (etajiet 0-7)
Titlu tal-Ktieb | Awtur/Editur | Pubblikatur |
---|---|---|
Imeldina u l-uċuħ | Sandra Hili Vassallo | Merlin Publishers |
Ġanni jżur Londra | Sherise Zammit | Merlin Publishers |
Is-sinjura Klaws | Clare Azzopardi | Merlin Publishers |
Mamà, allura din imħabba? | Moira Scicluna Zahra u Mark Scicluna | Merlin Publishers |
Dar ġdida għal Ġużi | Clare Azzopardi u Rachel Portelli | Merlin Publishers |
Super Nina | Clare Azzopardi u Rachel Portelli | Merlin Publishers |
We're the New Superheroes | Sabrina Mulligan | Faraxa Publications |
Xogħlijiet oriġinali: kotba għat-tfal (etajiet 8-12)
Titlu tal-Ktieb | Awtur/Editur | Pubblikatur |
---|---|---|
Jissokta l-Każ tal-Aħwa ta' Saver u Ludmilla de Molizz | Clare Azzopardi | Merlin Publishers |
Il-vjaġġaturi taż-żmien | Simone Spiteri | Merlin Publishers |
Il-misteru tal-għoġol tad-deheb | Ruth Frendo | Pro Motion |
Xogħlijiet oriġinali: kotba għall-adolexxenti (etajiet 13-16)
Titlu tal-Ktieb | Awtur/Editur | Pubblikatur |
---|---|---|
Jarmuk | Stephen Lughermo | Horizons |
F'Xatt id-Destin | Ivan de Battista | BDL |
Traduzzjoni: kotba għat-tfal (etajiet 0-7)
Titlu tal-Ktieb | Awtur/Editur | Pubblikatur |
---|---|---|
Kukkużejt | Rachel Portelli | Merlin Publishers |
Babù: il-ħuta-buffu | Clare Azzopardi | Merlin Publishers |
Magni taż-żmien | Claudia Gauci | Merlin Publishers |
Traduzzjonijiet: kotba għat-tfal (etajiet 8-12)
Titlu tal-Ktieb | Awtur/Editur | Pubblikatur |
---|---|---|
Il-kulleġġ għall-prinċipijiet perfetti | Noel Tanti | Merlin Publishers |