Home / News / Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Back to News Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News • Konkors Nazzjonali tal-Poeżija • Konkorsi Letterarji • Other 12th May, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jistieden lil dawk il-poeti li jiktbu bil-Malti sabiex jissottomettu xogħolhom għall-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Lulju. Il-Konkors issa jinsab fis-7 edizzjoni tiegħu mindu tnieda fl-2019 mill-KNK, u l-għan tiegħu hu li joffri pjattaforma nazzjonali għall-poeżija u fl-istess ħin jiċċelebra t-talent kontemporanju f’dal-qasam. Il-KNK jappunta bord ta’ aġġudikazzjoni indipendenti, li jara l-poeżiji kollha b’mod anonimu u jivvalutahom skont damma ta’ kriterji. Dawn huma l-oriġinalità, l-eċċellenza fit-teknika, il-forma, il-lessiku, u l-livell ta’ effettività li bih il-poeżija tilħaq livell letterarju mixtieq. Jingħataqw tliet premji; għall-poeżija rebbieħa bi premju monetarju ta’ €1,000, u għat-tieni u t-tielet post bi premju ta’ €500 u €200 rispettivament. Ir-rebbieħa tal-Konkors jitħabbru waqt serata uffiċjali fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025, li dis-sena se jsir bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru l-MFCC, Ta’ Qali. L-applikanti mitluba jissottomettu poeżija waħda bil-Malti li qatt ma kienet ippubblikata u li ma taqbiżx is-36 linja. Kull min hu interessat imħeġġeġ jaqra l-linjigwida tal-Konkors, li tista’ ssibhom fis-sit il-ġdid tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Id-data għall-għeluq tas-sottomissjonijiet hi l-14 ta’ Lulju, u l-poeżiji jridu jintbagħtu online minn din l-applikazzjoni hawnhekk. SHARE POST Related Articles Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More