Home / Programme / Alfred Sant: Il-Premju tal-KNK għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba – KNK Alfred Sant: Il-Premju tal-KNK għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba – KNK 14th November, 2020 8:30 PM - 9:00 PM Aktar kmieni dis-sena Alfred Sant rebaħ il-Premju tal-KNK għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba li jiċċelebra ħajja ta’ kontribuzzjoni letterarja għall-kultura Maltija. Biex infakkru dan l-avveniment, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se juri għall-ewwel darba dokumentarju qasir dwar il-ħajja letterarja ta’ Alfred Sant skont kif tixref minn ħames kotba ewlenin tiegħu. Il-film sar minn Take//Two u dirett minn Abigail Mallia. B’karriera letterarja distinta warajh u b’xogħlijiet ewlenin li jvarjaw minn rumanzi sa novelli, drammi u kitbiet awtobijografiċi, Dr Sant rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ħames darbiet f’kategoriji differenti u rebaħ il-Premju tal-KNK għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba fl-2019. Bejn l-1996 u l-1998 kien il-Prim Ministru ta’ Malta, u fl-2014 u l-2019 kien elett Membru tal-Parlament Ewropew. L-ewwel rumanz tiegħu, L-Ewwel Weraq tal-Bajtar (1968) Sant kitbu meta kellu 19-il sena, u jitqies bħala punt ta’ tluq għar-rumanz kontemporanju fil-letteratura Maltija. Rumanzi importanti oħra huma Silġ fuq Kemmuna (1982), issettjat fis-sebgħinijiet, u La Bidu, La Tmiem – 1599 (2001), epika storika li tfaħħret għall-kapaċità tal-awtur li jġannat flimkien punti di vista politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali filwaqt li ma jerħix milli jindirizza l-qagħda enigmatika tal-eżistenza umana (Mario Azzopardi, Times of Malta). Sant huwa wkoll drammaturgu rinomat, u l-aktar xogħol riċenti tiegħu f’din l-għalqa hu Balzunetta Towers (2017). Dad-dramm, imtella’ bħala parti mill-programm tal-Belt Valletta Kapitali Ewropea 2018, ħadha qatta bla ħabel kontra l-ossessjoni bil-bini li għandna f’dil-gżira u l-ħakma li għandhom il-flus fuq il-klassi politika tagħna. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Mini Workshops Kreattivi – Inanna Publishers – Ikkanċellat 10th November, 2024 1:00 PM - 1:30 PM Read More Taħdita: Il-Korrispondenza bejn Ġużè Cardona u Karmen Mikallef Buħaġar – L-Akkademja tal-Malti – Is-Sala tal-Qarrejja 7th November, 2024 7:30 PM - 8:30 PM Read More Daniel Massa, laqgħa mal-poeta – Kotba Calleja – Ir-Rokna tal-Ktieb 10th November, 2024 4:30 PM - 5:00 PM Read More Tnedija ta’ Ktieb: ‘The Field’ ta’ Ricky Caruana – Agenda Bookshop – L-Istand ta’ Agenda Bookshop 41 / 8th November, 2024 7:00 PM - 8:00 PM Read More Naqraw ma’ Lucienne: Sessjoni Interattiva – Pandora Books – Is-Sala tal-Qarrejja 10th November, 2024 10:00 AM - 11:00 AM Read More Tnedija u Qari: ‘Antoloġija Poeżija Kontemporanja 2023/2024’ – Kotba Calleja – Is-Sala tal-Qarrejja 6th November, 2024 6:00 PM - 7:00 PM Read More Tnedija ta’ ‘Leħen il-Malti’ – Għadd 43 – Għaqda tal-Malti – Università – Is-Sala tal-Kittieba 10th November, 2024 2:00 PM - 3:00 PM Read More Mini Workshops Kreattivi – Inanna Publishers – L-Istand ta’ Inanna 32 9th November, 2024 1:00 PM - 1:30 PM Read More Wiri ta’ Film u Bibita mal-Ħbieb: Prof. Daniel Massa, Rebbieħ tal-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Letteratura – KNK – It-Teatru 10th November, 2024 5:00 PM - 7:00 PM Read More