Home / Programme / Sessjoni ta’ Qari (Etajiet 6–12) – L-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA) – Is-Sala tal-Qarrejja / Sessjoni ta’ Qari (Etajiet 6–12) – L-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA) – Is-Sala tal-Qarrejja / 8th November, 2024 11:00 AM - 11:30 AM Ingħaqad mal-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma għal sessjoni ta’ qari li se ssaħħrek dwar il-konservazzjoni tal-ilma u l-bijodiversità! It-tfal jistgħu jagħżlu li jaqraw flimkien minn wieħed minn dawn il-kotba: Osbert and Friends (8–12-il sena); Il-Kavallier Għatxan (8–10 snin); L-Istejjer ta’ Zoe u d-Dragun Waqt Żmien il-Pandemija tal-Covid (6–8 snin). Osbert and Friends (8–12 snin) Osbert, żrinġ miżbugħ li jgħix ġewwa Wied il-Qlejgħa, jgħallimna dwar l-abitat tiegħu, u l-bijodiversità f’dal-wied. Il-Kavallier Għatxan (8–10 snin) Din l-istorja toħodna lura fi żmien il-Kavallieri fejn niltaqgħu mal-kavallier Jean de Villers, l-akbar ħabib tal-Gran Mastru Alof de Wignacourt. Jean kien ingħata kariga importanti immens, dik li jieħu ħsieb il-provista tal-ilma tal-gżejjer Maltin. B’hekk naraw lil Jean jinvestiga l-bjar, il-ġwiebi, l-ispieri u l-mini minħabba n-nuqqas t’ilma. Infatti l-Gran Mastru, bl-għajnuna ta’ Jean, mexa fuq ir-rapport ta’ l-inġinier Padre Tomasucci li rrakkommanda li jinbew l-akwadotti, proġett fejn l-ilma ta’ kwalita’ għolja jinżel mir-Rabat u Ħad-Dingli u jasal fil-funtana barra Valletta. B’hekk Jean żdiedlu x-xogħol peress li ta’ sikwit kien jiċċekkja x-xogħolijiet fuq dan il-proġett importantissimu għal gżejjer Maltin. L-Istejjer ta’ Zoe u d-Dragun waqt Żmien il-Pandemija tal-Covid (6–8 snin) Għalkemm it-titlu tal-ktieb isemmi il-Pandemija li issa ila li għaddiet, Zoe u d-Dragun huma żewġ karattri illi jgħinu fiċ-Ċentru Għajn lil għalliema ta’ hemm, waqt il-lezzjonijiet. Permezz ta’ dawn iż-żewġ karattri it-tfal jitgħallmu dwar iċ-Ċiklu tal-ilma, l-ilma virtwali, kif ukoll x jista’ wieħed jagħmel biex jieħu ħsieb din ir-riżorsa tant prezzjuża illi hija tant skarsa fuq il-Gżejjer Maltin. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Mini Workshops Kreattivi – Inanna Publishers – Ikkanċellat 10th November, 2024 1:00 PM - 1:30 PM Read More Il-Promoturi tal-Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) u l-KNK – It-Teatru 6th November, 2024 6:00 PM - 8:00 PM Read More Iltaqgħu mal-karattri kkuluriti ta’ Perlina TV!: Filmati għal Tfal bejn 0–9 snin – Perlina TV – It-Teatru 10th November, 2024 11:00 AM - 12:00 PM Read More Gost il-Qari: Sessjonijiet ta’ Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) – L-Istand tal-NLA 9 / 9th November, 2024 9:00 AM - 8:00 PM Read More Gost il-Qari: Sessjonijiet ta’ Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) – L-Istand tal-NLA 9 / 10th November, 2024 9:00 AM - 8:00 PM Read More Gost il-Qari: Sessjonijiet ta’ Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) – L-Istand tal-NLA 9 / 8th November, 2024 5:00 PM - 8:00 PM Read More Gost il-Qari: Sessjonijiet ta’ Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) – L-Istand tal-NLA 9 / 7th November, 2024 5:00 PM - 8:00 PM Read More Gost il-Qari: Sessjonijiet ta’ Qari – L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) – L-Istand tal-NLA 9 6th November, 2024 5:00 PM - 8:00 PM Read More Minn Tema għal Illustrazzjoni: Workshop minn Ed Dingli (14+) – KNK u l-Kunsill Malti għall-Arti (ACM) – Is-Sala tal-Qarrejja 9th November, 2024 11:30 AM - 12:30 PM Read More