Skip to content

Taħdita: ‘Society Fashion in Malta’ ta’ Caroline Tonna – Midsea Books – Blue Hall (MT)

26th November, 2022
10:00 AM - 11:00 AM
Taħdita: ‘Society Fashion in Malta’ ta’ Caroline Tonna – Midsea Books – Blue Hall (MT)

F’dan il-ktieb ġdid, ippubblikat mal-Fondazzjoni Patrimonju Malti (FPM), Caroline Tonna tiddiskuti l-moda f’Malta kif tidher mil-lenti ta’ Leandro Preziosi. Preziosi, artist pijunier tal-kamera ferm kompetenti, kien għall-moda f’Malta tas-seklu dsatax simili għal li kien Antoine Favray għaliha fis-seklu tmintax mingħajr il-benefiċċju tal-kulur. Irrekordja bi preċiżjoni u mħabba dak li fil-ħwejjeġ kien indiġenu, u dak li kien kosmopolitan. Ir-ritratti ta’ persuni minn rashom sa saqajhom immortalizzaw il-ħwejjeġ milbusa bħala parti integrali tal-persona ta’ min kien qed quddiem il-lenti tiegħu.

VIDEO
Video Placeholder

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.