Skip to content

Jeddijiet tas-self pubbliku

L-iskema tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku hija skema ta’ ħlas li minnha jibbenefikaw awturi, edituri, tradutturi, illustraturi u fotografi li l-kotba tagħhom jissellfu mil-libreriji pubbliċi ta’ Malta u Għawdex.

Il-Kunsill Nazzjonali ta-Ktieb introduċa din l-iskema fl-2014, u fl-2021 ġiet estiża fl-iskop tagħha biex tinkludi r-remunerazzjoni tal-kotba mislufa mil-Librerija tal-Università ta’ Malta.

Bħalissa l-fond allokat għal din l-iskema huwa ta’ €80,000 fis-sena, u l-ħlasijiet jinħarġu kull kwart tas-sena għal dawk kollha abbonati. Fil-każ ta’ ktieb li għandu aktar minn awtur, editur, traduttur, u fotografu wieħed, il-pagament jinqasam ugwalment bejn il-partijiet kollha.

Kif Tapplika

Applika għal waħda jew iż-żewġ skemi (Malta Libraries u l-Librerija tal-Università ta’ Malta) billi tagħfas fuq il-buttuna  fuq il-lemin. Ara li għandek id-dettalji kollha neċessarji dwar il-pubblikazzjoni tiegħek f’idejk.

Jekk tixtieq taġġorna applikazzjonijiet diġà sottomessi, ngħidu aħna bdil fl-indirizz jew pubblikazzjoni ġdida eliġibbli għall-ħlas, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Ikkuntattjana

Għal aktar informazzjoni fuq l-iskema tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku tista’ tkellimna bit-telefown fuq +356 27131574 jew tibgħat email fuq michael.mercieca@gov.mt

NEED ANY HELP?

GET IN TOUCH

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.