Skip to content

Manwal għall-Utenti tal-ISBN bil-Malti

Image of Manwal għall-Utenti tal-ISBN bil-Malti

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma l-pubbliku ġenerali li għadu kemm ippubblika traduzzjoni bil-Malti tas-sitt edizzjoni tal-ISBN Users’ Manual bit-titlu ‘Manwal għall-Utenti tal-ISBN’. Dan il-manwal huwa għodda importanti li tispjega kif jiġi msawwar l-ISBN ta’ kull pubblikazzjoni, sew f’forma stampata kif ukoll f’forma elettronika. Jiġbor ukoll informazzjoni importanti oħra dwar l-isfond storiku; il-benefiċċji u l-funzjoni tal-ISBN, l-istruttura, l-allokazzjoni, fejn jiġi stampat u aktar informazzjoni dwar identifikazzjonijiet oħrajn, u ma jonqosx referenza għall-mistoqsijiet frekwenti li jinqalgħu.

Tista’ taċċessa din il-pubblikazzjoni diġitali mis-sit tal-Aġenzija Internazzjonali tal-ISBN. Tista’ wkoll tniżżel il-kopja tiegħek minn din il-ħolqa: Manwal għall-Utenti tal-ISBN (Malti).

B’din il-pubblikazzjoni Malta ngħaqdet ma’ pajjiżi oħra fid-dinja assoċjati mal-Aġenżija Internazzjonali tal-ISBN li ttraduċew dan il-manwal ferm importanti fil-lingwa nazzjonali tagħhom.

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.