Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News • Other 5th August, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ilbieraħ nieda uffiċjalment l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030, bi pjan strutturat li jħares ’il quddiem sabiex iwieżen u jsaħħaħ l-industrija Maltija tal-pubblikazzjoni. Id-dokument ifassal it-traġitt li jixtieq jieħu l-KNK sabiex jibni ekosistema letterarja sostenibbli u, fl-istess ħin, jafferma mill-ġdid iċ-ċentralità tal-kotba fl-iżvilupp kulturali, edukattiv u ekonomiku Malti. L-istrateġija saret b’ħidma mal-kumpanija rinomata ta’ konsulenza għan-negozji KPMG, u tenfasizza s-sostenibbiltà ekonomika ta’ settur li jissupera l-fażi tas-sopravvivenza u jidħol f’fażi fejn jiffjorixxi. L-Istrateġija mibnija fuq ħames pilastri ewlenin: it-tisħiħ tal-ekosistemi letterarji f’Malta; il-promozzjoni tal-lingwa u l-kultura Maltija, lokalment u internazzjonalment; it-titjib fl-aċċess għall-kotba; it-tisħiħ tal-governanza u t-trasparenza; u t-trawwim ta’ kollaborazzjonijiet strateġiċi. Flimkien dawn il-pilastri huma turija ta’ kemm il-KNK determinat li juri kemm il-kotba u l-qari għandhom irwol ewlieni fis-soċjetà Maltija. Fl-istess ħin il-KNK ma jridx jinsa l-isfidi li s-settur qed jaffaċċja, b’miżuri konkreti u konsultattivi. Waqt it-tnedija uffiċjali, li saret il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, il-Ministru Clifton Grima enfasizza li l-Gvern kommess li jpoġġi lill-ktieb fil-qalba tal-ħajja Maltija, u dan qed jurih bil-varar ta’ din l-istrateġija. “Industrija tikber bi pjan fit-tul. Din l-istrateġija tassigura li dak li nagħmlu llum mhux biss iservina llum, iżda jibqa’ relevanti u sostenibbli anki għall-ġejjieni”, qal il-Ministru, filwaqt li nnota kemm hi importanti l-konsultazzjoni mal-imsieħba u l-professjonisti kollha tal-industrija f’kull mument tal-proċess. Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, Matthew Vella, tkellem ukoll dwar l-importanza tal-ktieb fil-wirt kulturali Malti u fl-infrastruttura edukattiva tal-pajjiż. Tenna li l-Ministeru se joffri s-sapport tiegħu fejn meħtieġ, u nnota li l-istrateġija se tgħin lill-KNK biex jimmaniġġja r-riżorsi tiegħu u jwieżen lill-industrija b’mod iffukat, li jagħmel sens, u trasparenti. Fl-indirizz tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri qal li huwa ta’ unur kbir li qed imexxi din l-entità pubblika fiż-żmien li fih nediet l-ewwel pjan strateġiku tagħha mifrux fuq ħames snin. Camilleri rrimarka li l-viżjoni hi waħda ambizzjuża, iżda mirfuda minn xewqa b’saħħitha li jinġiebu l-bidliet li hemm bżonn fl-industrija tal-pubblikazzjoni. Dan se tagħmlu b’miri progressivi. “Bis-saħħa ta’ dan id-dokument importanti u fundamentali, irridu nassiguraw li l-industrija tkun sostenibbli, li nħeġġu l-professjonalizzazzjoni, li l-opportunitajiet għall-imsieħba joktru, u li ninstigaw aktar innovazzjoni paripassu mal-ħiliet u t-talbiet tas-seklu 21”, kompla Camilleri. “Imma aktar minn hekk, dil-Viżjoni Strateġika tiġġustifika l-ambizzjoni tal-KNK għall-ħames snin li ġejjin u lil hinn minnhom – żmien li fih irridu naraw li l-letteratura Maltija tibqa’ tinqara l-ewwel lokalment imbagħad anki barra minn xtutna fejn tkun iċċelebrata wkoll”, temm jgħid il-Kap Eżekuttiv. Id-dokument tal-istrateġija riżultat ta’ konsultazzjoni fil-fond mal-awturi, il-pubblikaturi, l-edukaturi, u l-imsieħba l-oħra, u huwa pass importanti fid-direzzjoni li jrid jieħu l-KNK bħala pont bejn il-politika pubblika u d-dinja tal-pubblikazzjoni. Il-KNK ħerqan biex jibda jimplimenta l-miżuri tal-istrateġija, f’ħidma ma taqtax mal-imsieħba tal-industrija, sabiex l-industrija tikber u tibqa’ tattratta talent ġdid u qarrejja infurmati biex b’hekk jinħoloq ġid li jinħass f’pajjiżna u barra minnu. Id-dokument tista’ taċċessah minn hawn bil-Malti jew minn hawn bl-Ingliż. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More