Home / News / Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn Back to News Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News • Other 13th April, 2026 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed joffri l-possibiltà lil tliet edituri tal-kotba Maltin u/jew ibbażati f’Malta, jew kandidati oħra interessati, sabiex jinkitbu b’xejn għall-kors online ‘Become a Book Editor’. Dan il-kors ta’ sitt ġimgħat se jitmexxa mill-editur rinomat ibbażat fir-Renju Unit, Francesco Vilhena, u se jittratta l-editjar tal-kotba letterarji. Vilhena jieħu ħsieb proġetti editorjali ma’ Bloomsbury Publishing, u qabel ħadem ukoll ma’ Faber, Granta, u And Other Stories. Bħalissa jservi fuq il-bord ta’ konsulenza tal-Poetry Translation Centre, u xogħlu deher ippubblikat minn Granta, Modern Poetry in Translation, u Asymptote fost oħrajn. Il-kors se jittella’ fuq il-pjattaforma tal-ELVTR bejn it-23 ta’ Lulju u l-1 ta’ Settembru kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn is-19:30 u d-21:00, u l-għan tiegħu hu li jintroduċi r-rikkezza tal-proċess editorjali lill-parteċipanti, u b’hekk iwessa’ l-għarfien tax-xogħol li teħtieġ l-industrija minn dan l-aspett. Sessjoni ta’ merħba se tittella’ online fil-21 ta’ Ġunju. L-applikazzjonijiet għall-kors jiddaħħlu permezz ta’ Submittable sas-27 t’April Il-kors se jkopri suġġetti varji, minn dawk prattiċi u mirfuda mis-sengħa tal-proċess editorjali, ngħidu aħna l-qari tal-provi, it-tekniki tal-copyediting, l-evalwazzjoni tal-manuskritt u l-ħila li tagħti suġġerimenti kostruttivi, sal-marketing, id-disinn, u l-kunsiderazzjonijiet legali u etiċi fil-pubblikazzjoni. “Il-KNK kburi li qed joffri l-kors ‘Become a Book Editor’ b’xejn, bħala parti mix-xogħol tiegħu sabiex jinvesti fit-trawwim tal-ħiliet tas-settur letterarju lokali. Dan seta’ jseħħ wara laqgħat li ħallew il-frott waqt il-parteċipazzjoni tal-KNK fil-London Book Fair 2026. Hemmhekk iltqajna mal-ELVTR, u eventwalment wasalna għal dan ir-riżultat tanġibbli tal-kors”, sostna l-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri. Kompla jgħid li l-imsieħba tal-industrija – fosthom l-awturi, il-pubblikaturi, u oħrajn – ilhom iż-żmien jindikaw lill-KNK li hemm bżonn titjib fis-sengħa tal-editjar letterarju, u għalhekk il-KNK ħataf l-okkażjoni sabiex b’dal-kors jindirizza dil-lakuna b’mod serju u professjonali. Camilleri żied jgħid li din l-inizjattiva timxi id f’id mal-Viżjoni Strateġika fuq Ħames Snin 2025-2030 li nieda l-KNK is-sena l-oħra. Il-kors se jilqa’ tliet parteċipanti b’kollox, u l-għażla se ssir abbażi ta’ min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel. Min jintgħażel irid jattendi kull sessjoni, u l-magħżula jridu jassiguraw li huma disponibbli li jkunu preżenti għal kull sessjoni. Idħol hawnhekk sabiex taqra t-termini u kundizzjonijiet.L-applikazzjonijiet għall-kors jiddaħħlu permezz ta’ Submittable sas-27 t’April SHARE POST Related Articles ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News 21st May, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More