Home / News / Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News • Other 8th April, 2026 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed joħroġ sejħa għall-kumpaniji teatrali, għaqdiet, jew drammaturgi indipendenti, li huma interessati sabiex itellgħu produzzjonijiet teatrali għal fuq l-istejġ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026, imnebbħa minn kotba Maltin. Il-Festival ta’ dis-sena se jsir bejn l-4 u t-8 ta’ Novembru l-MFCC, Ta’ Qali. Dan l-avveniment huwa l-akbar wieħed f’Malta u Għawdex li jiċċelebra l-ktieb, iżda l-kultura letterarja hija promossa wkoll permezz ta’ forom artistiċi oħra li allura jagħmlu lill-Festival punt importanti fil-kalendarju kulturali Malti, kemm għall-pubbliku ġenerali u anki għall-professjonisti fl-industrija tal-kotba. Wara attendenza rekord fl-2025, dis-sena qed nimmiraw li nilħqu l-50,000 viżitatur tal-Festival, kollha minn viji differenti tal-ħajja. Dawk il-produzzjonijiet li jintgħażlu jiddaħħlu fi programm kulturali kkurat li l-għan tiegħu hu li jixgħel bozza fuq ir-relazzjoni bejn il-letteratura u l-arti performattiva, sabiex l-udjenza tiltaqa’ mal-kelma miktuba bis-saħħa ta’ interpretazzjonijiet teatrali ta’ kwalità. Din l-Espressjoni ta’ Interess miftuħa għal produzzjonijiet li jkunu diġà lesti biex jittellgħu. Dawk il-produzzjonijiet teatrali ispirati minn kotba b’ISBN Malti biss se jiġu kkunsidrati, u x-xogħol irid ikun preżentabbli f’kuntest ta’ festival. Il-KNK se jkopri l-ispejjeż tekniċi kollha tal-produzzjoni, iżda dawn iridu jkunu mirfuda minn rendikont baġitarju sodisfaċenti u dokument bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa (rider). Il-linjigwida u r-regolamenti kollha tista’ ssibhom hawnhekk.Min hu interessat jista’ jissottometti l-applikazzjoni tiegħu sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Mejju f’nofsinhar. L-applikazzjonijiet jiddaħħlu kollha minn Submittable biex jitqiesu eliġibbli. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More