Home / News / Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Back to News Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News • Other 27th January, 2026 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) għal darba oħra ħa jkun qed iżomm sessjoni online fuq Zoom għall-imsieħba tiegħu mal-aġent letterarju mir-Renju Unit u ambaxxatur letterarju għal Malta Simon Trewin nhar il-Ħamis 5 ta’ Frar fl-4pm. F’dan is-seminar ta’ siegħa – ‘Small Can Be Beautiful: How to Connect with Small Presses’ – Trewin ħa jkun qed iħares lejn għala djar żgħar ta’ pubblikazzjoni ma għandhomx ikunu injorati, u kif awturi u pubblikaturi jistgħu jibnu kuntatt magħhom b’mod aktar infurmat u strateġiku. Pubbikaturi żgħar ta’ spiss ikollhom fokus qawwi, tmexxija editorjali u kburin li huma uniċi. Jistgħu jkunu iktar miftuħa għal vuċijiet distinti, proġetti mhux konvenzjonali u kotba li mhux dejjem għandhom post fl-istennija kummerċjali mainstream. Abbażi ta’ deċennji ta’ esperjenza jaħdem fl-isfera tal-pubblikazzjoni, Trewin ħa jkun qed jitkellem dwar kif joperaw djar żgħar ta’ pubblikazzjoni, x’jimmotivahom u x’jagħmel proġett attraenti. Importanti daqs dan kollu wkoll, parteċipanti ħa jkunu mistiedna jaqsmu l-esperjenzi tagħhom – tajbin, ħżiena, u mħawda – u jsaqsu mistoqsijiet diretti dwar fejn jistgħu jidħlu djar żgħar ta’ pubblikazzjoni fl-ambizzjonijiet tagħhom ta’ pubblikazzjoni. Din mhux ħa tkun forma ta’ lekċer imma djalogu: opportunità biex terġa’ taħseb dwar assunzjonijiet, tqabbel noti u tesplora kif dak li aħna nqisu “żgħir” jista’ xi drabi joffri eżatt it-tip ta’ attenzjoni, impenn u kjarezza illi awturi u pubblikaturi jkunu qed ifittxu. Dan is-seminar huwa b’xejn imma trid tirreġistra għalih. Dawk interessati huma mistiedna jirreġistraw permezz ta’ Submittable minn hawn. SHARE POST Related Articles Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More