Home / News / X’Jagħmel Novella Kbira? Back to News X’Jagħmel Novella Kbira? News • Other 18th August, 2025 Issa li l-Premju Commonwealth għan-Novelli fetaħ u qed jilqa’ mill-ġdid is-sottomissjonijiet mill-kittieba Maltin, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħaseb sabiex iqanqal id-diskussjoni billi jipproponi l-mistoqsija: liema huma dawk l-elementi li jagħmlu novella waħda kbira? Biex nippruvaw nagħtu tweġiba għal dil-mistoqsija wiesgħa immens, staqsejnieha lil żewġ tuturi tal-kitba kreattiva, Aaron Aquilina (l-Università ta’ Malta), David Hudson (is-Soċjetà Maltija tal-Arti), u lil kittieba misjura fil-ġeneru, Rita Saliba. Minkejja li t-tlieta li huma ppuntaw lejn ir-rikkezza bla qiegħ u l-potenzjal li għandu l-ġeneru tan-novella, ilkoll qablu li hemm xi ħaġa essenzjali għan-novella, aktarx minħabba l-element intrinsiku tagħha – dak li tirrakkonta storja pprivileġġjata mill-qosor. Fil-fatt, Rita Saliba tiddeskrivi n-novella bħala “mezz li tieħdok fi vjaġġ”, u li kultant “tiġbdek fil-passat, f’dak li kien; drabi oħra tkaxkrek magħha f’dak li għaddejjin minnu fiż-żminijiet tal-lum”. Saliba tistqarr li minkejja l-qosor tagħha, novella tajba kapaċi tlaqqagħna ma’ sitwazzjonijiet interessanti, tqanqal fina emozzjonijiet qawwija, u finalment twittilna t-triq għal skoperti trasformattivi. Saliba temmen li storja qasira trid tinbena metikolożament, u tinbex lill-qarrej biex tiġbidlu l-attenzjoni mill-ewwel. Iżda fuq kollox, “in-novella għandha toffri qari ta’ gost, minkejja l-qosor tagħha”. Aaron Aquilina jiftaħ fuq il-karatteristika waħdanija fin-novella li diffiċli tikkontrapponiha – il-’qosor’ tagħha – u jitkellem dwar kif il-ġeneru għandu s-saħħa li jgħawweġ l-idea li għandna dwar iż-żmien tan-narrazzjoni (“taħlita ta’ żmien li għaddej u tal-permanenza, mhux neċessarjament f’bilanċ”). “Kull kittieb jaf li jista’ jqassar eternità għal mument, jew itawwal mument għal eternità,” ikkummenta Aquilina. “Meta nitkellmu dwar il-punt fokali tal-qosor fin-novelli, l-aħjar hu li nfiehmu das-sentiment b’xi ħaġa hekk: fin-novella għandek ekwilibriju fil-bidu li sa tmiemha jaf ikun suġġett għal bidla drastika u rriversibbli, u dil-bidla l-qarrej se jesperjenzaha f’tebqa’ t’għajn,” żied Aquilina huwa u jirreferi għax-xogħlijiet ta’ James Joyce, Flannery O’Connor, Anne Enright, Franz Kafka u Saki. Jikkumplimentaw il-ħarsa sostanzjali ta’ Aquilina dwar kif in-novella, fl-aħjar forma tagħha, tingaġġa lill-qarrej, inżidu l-kummenti ta’ David Hudson li jduru aktar mat-teknika u l-mekkaniżmi impjegati fi wħud mill-aqwa novelli li nafu bihom. “L-istejjer jitkellmu dwar il-bidla. Novella tajba tlaħħam fiha trasformazzjoni li tagħmel sens u li hi kredibbli fl-ispazju konfinat li jitlob il-ġeneru: għandek relazzjoni li timxi, karattru li jiżviluppa, post familjari li jidher f’dawl ġdid, u dettalji li jilbsu libsa ġdida,” qal Hudson, filwaqt li żied li l-lingwaġġ jew il-vuċi tal-istorja aktarx jidwu din l-istess natura tal-bidla, u li b’hekk isaħħu l-fil emottiv jew tematiku tal-istorja. Hudson isemmi għadd ta’ novelli li huma turija sabiħa ta’ dawn il-prinċipji, fosthom ‘A Small Good Thing’ ta’ Raymond Carver, ‘The Lottery’ ta’ Shirley Jackson, ‘A Temporary Matter’ ta’ Jhumpa Lahiri, u ‘Deep-Blood-Greasy-Bowl’ ta’ Annie Proulx. Fortunatament, kemm Aaron Aquilina u anki David Hudson se jkunu qed jipparteċipaw fil-workshop tour dwar in-novella organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li se jinkludi wkoll parteċipanti oħra bħall-editur u t-traduttur Joe Gatt u l-awtriċi Leanne Ellul. Aktar informazzjoni hawnhekk. It-tour qed jiġi organizzat biex jaħbat mal-edizzjoni ta’ dis-sena tal-Premju Commonwealth għan-Novelli, li jiftaħ bejn l-1 ta’ Settembru u l-1 ta’ Novembru 2025. Bis-saħħa tas-sapport tal-KNK, il-Premju se jiftaħ għal darb’oħra bil-possibiltà li l-awturi Maltin jissottomettu xogħolhom bil-Malti. Aktar informazzjoni hawnhekk. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More Sejħa Għal Sottomissjonijiet Minn Illustraturi: Esebixxi L-Illustrazzjoni Tiegħek Fl-Istand Tal-KNK Waqt Il-London Book Fair (10-12 Ta’ Marzu) News 1st December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Il-KNK Jilqa’ Żewġ Membri Ġodda fit-Tim Tiegħu News 31st October, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
Sejħa Għal Sottomissjonijiet Minn Illustraturi: Esebixxi L-Illustrazzjoni Tiegħek Fl-Istand Tal-KNK Waqt Il-London Book Fair (10-12 Ta’ Marzu) News 1st December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More