Home / Programme / Alfred Sant: Il-Premju tal-KNK għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba – KNK Alfred Sant: Il-Premju tal-KNK għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba – KNK 14th November, 2020 8:30 PM - 9:00 PM Aktar kmieni dis-sena Alfred Sant rebaħ il-Premju tal-KNK għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba li jiċċelebra ħajja ta’ kontribuzzjoni letterarja għall-kultura Maltija. Biex infakkru dan l-avveniment, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se juri għall-ewwel darba dokumentarju qasir dwar il-ħajja letterarja ta’ Alfred Sant skont kif tixref minn ħames kotba ewlenin tiegħu. Il-film sar minn Take//Two u dirett minn Abigail Mallia. B’karriera letterarja distinta warajh u b’xogħlijiet ewlenin li jvarjaw minn rumanzi sa novelli, drammi u kitbiet awtobijografiċi, Dr Sant rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ħames darbiet f’kategoriji differenti u rebaħ il-Premju tal-KNK għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba fl-2019. Bejn l-1996 u l-1998 kien il-Prim Ministru ta’ Malta, u fl-2014 u l-2019 kien elett Membru tal-Parlament Ewropew. L-ewwel rumanz tiegħu, L-Ewwel Weraq tal-Bajtar (1968) Sant kitbu meta kellu 19-il sena, u jitqies bħala punt ta’ tluq għar-rumanz kontemporanju fil-letteratura Maltija. Rumanzi importanti oħra huma Silġ fuq Kemmuna (1982), issettjat fis-sebgħinijiet, u La Bidu, La Tmiem – 1599 (2001), epika storika li tfaħħret għall-kapaċità tal-awtur li jġannat flimkien punti di vista politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali filwaqt li ma jerħix milli jindirizza l-qagħda enigmatika tal-eżistenza umana (Mario Azzopardi, Times of Malta). Sant huwa wkoll drammaturgu rinomat, u l-aktar xogħol riċenti tiegħu f’din l-għalqa hu Balzunetta Towers (2017). Dad-dramm, imtella’ bħala parti mill-programm tal-Belt Valletta Kapitali Ewropea 2018, ħadha qatta bla ħabel kontra l-ossessjoni bil-bini li għandna f’dil-gżira u l-ħakma li għandhom il-flus fuq il-klassi politika tagħna. VIDEO PLAY VIDEO Close modal SHARE POST Similar Posts Eħlisna mid-Deni: A taste of Karl Schembri’s explosive new novel – Merlin Publishers – Is-Sala tal-Qarrejja 🇲🇹 9th November, 2025 6:00 PM - 7:00 PM Read More Noti Editorjali: Noah Fabri – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 4:45 PM - 5:30 PM Read More Il-Ktieb Malti għat-Tfal: Xi stejjer qed jaslu f’idejn il-qarrejja żgħar? – KNK – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 9th November, 2025 2:00 PM - 3:00 PM Read More Noti Editorjali: Kurt Borg – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 11:45 AM - 12:30 PM Read More Noti Editorjali: Nicole Borg – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 9th November, 2025 10:45 AM - 11:30 AM Read More Iltaqa’ mal-Awtriċi u Ffirmar ta’ Kotba: Lorraine Galea – Pandora Books – L-Istand 33 🇲🇹 8th November, 2025 6:30 PM - 7:15 PM Read More Antoloġija 2: Tnedija ta’ ktieb – Aphroconfuso – Is-Sala tal-Kittieba 🇲🇹 8th November, 2025 4:00 PM - 5:00 PM Read More Noti Editorjali: Jimmy Grima – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 8th November, 2025 11:45 AM - 12:30 PM Read More Noti Editorjali: Miriam Galea – Taħdita bejn il-kittieba u l-edituri – Aphroconfuso – L-Istand 7 🇲🇹 8th November, 2025 10:45 AM - 12:00 PM Read More