Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) dalgħodu ppreżenta donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli.

Il-kotba se jkunu qed jintużaw fil-Male Dual Diagnosis Unit (MDDU), li tilqa’ persuni fi stadju bikri ta’ rijabilitazzjoni mid-droga.

Id-donazzjoni ġiet ippreżentata mill-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri, u ntlaqgħet mill-infermiera li tieħu ħsieb dit-taqsima, Caroline Pace, l-infermier tas-saħħa mentali Roderick Gatt, u mill-carer anzjan David Galea.

Din hija waħda mill-bosta donazzjonijiet ta’ kotba li l-KNK jagħmel matul is-sena bil-għan li l-kotba jkunu aktar aċċessibbli għal setturi speċifiċi mis-soċjetà.


Share Article